Kampjonat Premier: Valletta umiljati minn Birkirkara

  • Fra 16, 2020 20:30
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Valletta.............. 1

    Birkirkara........... 4

    Birkirkara kkonvinċew u umiljaw lil Valletta bl-iskor ta’ 4-1 biex filwaqt li huma daħlu biċ-ċans li jisfidaw għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, il-Beltin naqsu milli jaqbżu waħedhom f’ras il-klassifika.

    Valletta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss 37 sekonda meta Bojan Kaljevic ipprovda l-assist lil MIGUEL ANGEL ALBA li permezz ta’ xutt angolat tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Iżda l-Beltin ftit damu ji­firħu hekk kif fis-sitt minuta, l-Istripes ġabu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ corner, Matthew Guillaumier għadda lejn Federico Falcone li min-naħa tiegħu serva lil ENRICO PEPE, li bil-kalma kollha xeħet fix-xib­ka.

    Fid-19-il minuta, Bojan Kaljevic ttanta xortih permezz ta’ xutt  mid-distanza li iżda ntemm barra.  

    Birkirkara wieġbu fit-23 minuta meta kellhom ċans tad-deheb  li jmorru fil-vantaġġ hekk kif Paul Mbong ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper Henry Bonello, iżda pront kien Steve Borg li permezz ta’ sliding tackle nterċetta tajjeb.

    Mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, Matteo Piciollo kellu xutt mill-bogħod devjat f’corner mill-goalkeeper ta’ Birkirkara, Andrew Hogg.

    Mal-ħin, Birkirkara bdew jipproduċu logħob mill-isbaħ u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-38 minuta, marru fil-vantaġġ hekk kif f’az­zjoni korali Yannick Yankam xeħet cross lejn PAUL MBONG li mill-viċin tefa’ ġewwa.

    U jidher li l-Istripes ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif żewġ minuti biss wara Matthew  Guillaumier għadda tajjeb lejn FEDERICO FALCONE li minn pożizzjoni ideali fflik­kja l-ballun għal ġewwa.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara komplew għaddejjin bl-istess ritmu u fis-47 minuta, għamluhom erbgħa permezz ta’ xutt bid-dawra minn qagħda ideali ta’ OSCAR CARNIELLO, li ma ta l-ebda ċans lil Bonello jsalva.       

    Fis-66 minuta, Valletta wieġbu b’xutt ta’ Jhony Moises minn tarf il-kaxxa li ntemm barra.

    Fl-84 minuta, Birkirkara kellhom f’saqajhom il-ħames goal meta Caio Henrique Rocha serva lil Paul Mbong li waħdu ra lill-goalkeeper Belti jsalva.

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 8-Santiago Malano (14-Kyrian Nwoko 78), 9-Bojan Kaljevic, 10-Matteo Piciollo (11-Shaun Dimech 55), 16-Jean Borg, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Miguel Angel Alba (17-Jhony Moises Barrios 60), 77-Triston Caruana, 89-Mario Fontanella  - Coach: Darren Abdilla

    BIRKIRKARA: 1-Andrew Hogg, 5-Enrico Pepe, 6-Matthew Guillaumier, 8-Paul Mbong, 14-Yannick Yankam (36-Ryan Fenech 71), 20-Fe­derico Falcone, 22-Cain Attard, 23-Claudio Bonanni, 24-Caio Henrique Prado Rocha (17-Michael Mifsud 86), 25-Oscar Matias Carniello, 77-Isaac Toah Ntow - Coach: André Paus

    REFEREE: Fyodor Zammit

    ASS. REFEREES:Luke Portelli, Jurgen Spiteri

    RABA’ UFF: Mario Apap

    SKORERS:M. A. Alba 1 (V), E. Pepe 6, P. Mbong 38, F. Falcone 40, O. M. Carniello 47 (B)

    AMMONITI:Y. Yankam, M. A. Alba (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Matthew Guillaumier (B)

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook