L-MIA b’numru rekord ta’ 7.3 miljun passiġġier fl-2019 iħabbar il-pjan ta’ investiment ta’ €100 miljun fl-espansjoni tat-terminal

  • Jan 29, 2020 20:22
  • Miktub minn iNews

    Is-sena 2019 immarkat numru rekord ta’ 7.3 miljun passiġġier li jfisser żieda ta’ aktar minn nofs miljun passiġġier fuq is-sena preċedenti.

    F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta s-Sur Alan Borg, ingħataw dettalji dwar it-tbassir tat-traffiku tal-passiġġieri għas-sena 2020.  Hu stmat li s-sena d-dieħla l-passiġġieri se jiżdiedu b’bejn 2 u 3% oħra.

    Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ddeskriviet dawn il-figuri bħala eċċellenti u li jikkonfermaw kif il-politika tal-gvern li jżid il-konnettività minn u lejn pajjiżi differenti qed tħalli r-riżultati meħtieġa.

    Il-Kap Eżekuttiv Alan Borg ta rendikont tat-traffiku rreġistrat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fl-2019. Is-suq mir-Renju Unit jibqa’ l-aktar suq b’saħħtu b’1.7 miljun passiġġier segwit minn dak Taljan, Ġermaniż, Franċiż u dak Spanjol.

    Il-Ministru Farrugia Portelli rrimarkat dwar kif l-investiment fuq reklamar f’pajjiżi speċifiċi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, qed iħalli riżultati b’saħħithom. L-istatistika turi li l-passiġġieri minn Spanja matul l-2019 żdiedu b’17.3%. Riżultati pożittivi oħra jinkludu fost l-oħrajn dawk mis-suq Franċiż, b’żieda ta’ 10.8% fuq is-sena ta’ qabel.

    Is-Sur Borg ħabbar proġett ambizzjuż tal-espansjoni tat-terminal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. B’investiment ta’ €100 miljun, l-ajruport ikun jista’ jlaħħaq mal-miri tat-tkabbir fil-passiġġieri u joffri terminal ta’ ħames stilel.

    Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, is-Sur Ronald Mizzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0