“Bżonn urġenti ta’ riforma tal-Pitkalija”

  • Jan 29, 2020 13:36
  • Miktub minn Anthea Cachia

    Malcolm Borg: Għandu jkun hemm deċiżjonijiet li jwaqqfu milli jitmermu l-pilastri tas-settur agrikolu…

    “Huwa tassew ta’ sodisfazzjon li l-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela se jkollu Ministru responsabbli għall-agrikoltura, wara li dan is-settur tant importanti ilu għal ħafna snin ma jkollu Ministeru ddedikat għalih,” saħaq Malcolm Borg, il-Fundatur ta’ Għaqda Bdiewa Attivi. 

    Tkellimna ma' Borg dwar x’għandhom ikunu l-prijoritajiet tal-Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur, Anton Refalo. Fost diversi affarijiet, Borg elenka li hemm bżonn b’mod urġenti ta’ riforma tal-Pitkalija, suq tal-bdiewa bl-għodda meħtieġa u tfittxija ta’ niċċeċ ta’ swieq barranin.

    Borg spjega kif, peress li s-settur agrikolu huwa wieħed li jintlaqat minn diversi fatturi, il-Ministru għandu jaħdem b’mod konġunt ma’ Ministeri oħra li kollha għandhom konnessjoni f’dan is-settur. Għaldaqstant huwa jemmen li kemm dawk responsabbli għall-Awtorità tal-Artijiet, kif ukoll dawk responsabbli għall-provvista tal-ilma, tal-Ippjanar, tal-Fondi Ewropej u tas-servizzi tal-konsumatur, “dawk kollha jieħdu deċiżjonijiet li jaffetwaw lill-bdiewa tagħna”.

    Borg sostna wkoll li l-Ministru Refalo għandu jifhem u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex “iwaqqaf milli jkomplu jitmermu l-pilastri tas-settur agrikolu.” Filwaqt li żied jgħid li l-ewwel pilastru, is-suq, għandu jkun il-prijorità ewlenija, għaliex il-bdiewa jiddependu mill-vijabiltà ekonomika għas-sostenibbiltà tagħhom. 

    It-tieni pilastru, “huwa l-istabbilità tar-riżorsi li l-bdiewa għandhom bżonn biex jaħdmu”, saħaq Borg filwaqt li qal li dawn jinkludu titlu sikur fuq l-art tagħhom, il-provvista tal-ilma li toffri serħan il-moħħ u ħidma biex il-bdiewa tagħna jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istess riżorsi, fosthom il-fertilizzanti. 

    “It-tielet pilastru li sfortunatament ilu jitmermer żmien huwa l-futur ta’ dan is-settur b’persentaġġ żgħir wisq ta’ tfal ta’ bdiewa lesti li jkomplu fejn ħallew il-ġenituri tagħhom,” sostna Borg.

    “Dan ifisser li fi ftit żmien ieħor se nkunu tlifna l-grupp żgħir ta’ nies li għadhom ipoġġulna l-ikel fuq il-mejda, b’detriment għas-sovranità tal-ikel ta’ pajjiżna u tal-ispazji miftuħa li huma mogħnija bihom il-Gżejjer tagħna,” temm jgħid Borg. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0