“Il-PM qed iqanqal inċertezza politika … tant wiret gvern imħanżer, tant wiret ħmieġ, li l-kummerċ qed jieqaf” - Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo

  • Jan 28, 2020 21:28
  • Miktub minn iNews

    Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fil-ħin tal-aġġornament tkellem dwar l-istħarriġ tal-Malta Chamber of SMEs dwar il-bejgħ għas-sena 2019, fejn irriżulta li l-bejgħ fis-sena 2018 kien aħjar mis-sena 2019.

    Saħaq li “suppost fl-2019 kien qed jaħseb u jistenna li kienu se jmorru aħjar. Dak li kien suq tajjeb fl-2018, fis-sena 2019 waqaf jaħdem u beda sejjer lura.”

    Tenna li “meta ġew mistoqsijin għaliex il-maġġor parti li rrispondew qalu li marru ħażin minħabba instabbilità politika u ekonomika ta’ dan il-pajjiż. Dan ifisser li kieku ma kellniex din l-instabbilità, il-konsumaturi kienu jonfqu aktar u ma kienx jiġri dan.  Dan għadu l-istess gvern ta’ Joseph Muscat minkejja li bħala Prim Ministru Robert Abela. Illum bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela diġà wkoll qed iqanqal aktar inċertezza politika. Dan għax tant wiret gvern imħanżer, tant wiret ħmieġ u fejn tipprova tnaddaf joħroġ aktar ħmieġ. Illum qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn il-kummerċ qed jieqaf.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook