Il-protesti fil-Belt jirritornaw minn għada

  • Jan 28, 2020 14:28
  • Miktub minn iNews

    L-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice, flimkien ma' Manuel Delia, għada se jerġgħu jinġabru quddiem il-Parlament biex ikomplu bil-protesti li kienu għaddejjin bihom qabel ir-riżenja ta' Joseph Muscat minn Prim Ministru.

    Ir-raġuni li wasslet għas-sejħa tal-protesta ta' għada kienet id-deċiżjoni tal-Gvern li jaħtar lil Konrad Mizzi bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Organizzazzjoni dwar is-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) li eventwalment ġiet irtirata.

    Il-Gvern iddeċieda wkoll li jitlob parir dwar il-validita tal-kuntratt ta' konsulenza li l-istess Mizzi ngħata mill-Awtorita tat-Turiżmu s-sena li għaddiet u li kien irrappurtat li jlaħħaq it-€80,000.

    L-għaqdiet wissew lill-Prim Ministru Robert Abela li l-perjodu tal-honeymoon tiegħu kien għadda u li se jsibhom quddiem il-Parlament biex jgħidulu kif jaħsbuha.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook