[AĠĠORNAT] “Il-posta f’pajjiżna sigura biex tinġabar u tinfetaħ” - Il-Ministeru għas-Saħħa

  • Jan 28, 2020 09:15
  • Miktub minn iNews

    Wara li aktar kmieni dan is-sit irraporta dwar biża’ ta’ persuni li kienu qegħdin jinfexxu jiddiskutu dwar jekk setgħux jiġu infettati minn pakketti postali, dan is-sit jixtieq jikkjarifika bi stqarrija maħruġa mid-Deputat Prim Ministru. 

    F’parti mill-istqarrija hemm miktub li l-coronavirus huwa l-aktar perikoluż meta jkun hemm kuntatt ma’ persuni infettati permezz ta’ sogħla jew għatis. L-istess dokument jagħmilha ċara li l-virus mhux komuni li jibqa’ jimxi fl-ambjent għal bejn ġurnata jew massimu jumejn. Il-posta f’pajjiżna normalment jieħu ħafna aktar biex jaslu Malta u għalhekk huma siguri biex tiġborhom u tiftaħhom. 

    Apparti dan kollu tajjeb li tinżamm l-iġene billi dak li jkun jaħsel idejh b’mod frekwenti b’mod partikulari fi żminijiet li fihom ikun hawn tixrid tal-influwenza.

    Qabel: Ħafna qegħdin jistaqsu jekk il-pakketti postali li jirċievu miċ-Ċina humiex ta’ periklu għal saħħithom minħabba t-tixrid tal-virus qattiel, il-Coronavirus. Hekk kif in-numri ta’ vittmi u persuni infettati qiegħed jitla’ b’mod allarmanti aktar ma jgħaddi l-ħin, il-biża’ qiegħda tiżdied li dak kollu li jmiss maċ-Ċina huwa ta’ theddida.

    Din il-biża’ u l-mistoqsijiet li ħafna qegħdin jistaqsu huma leġittimi, b’mod speċjali dwar il-pakketti postali li nirċievu tant minnhom anke f’Malta. Però, uffiċjali tas-saħħa Amerikani dalgħodu qalu li m’hemm ebda evidenza li turi li l-Coronavirus jista’ jittieħed minn oġġetti impurtati u dan minħabba li l-virus ma jibqax attiv fuq il-pakketti li jdumu l-ġranet, jekk mhux il-ġimgħat fil-posta. 

    Biex inkunu eżatti, għad m’hemm ebda stħarriġ dwar kemm huwa persistenti dan il-virus, iżda studji li saru fuq is-SARS u l-MERS, instab li l-virus jgħix biss ftit sigħat fuq il-wiċċ ta’ oġġett u li jixxerdu l-aktar minn qtar respiratorju minn persuna għal oħra.

    Ftit tal-ħin ilu għadu kemm ġie mħabbar li ġie identifikat l-ewwel każ tal-Coronavirus fl-istat tal-Bavaria fil-Ġermanja.

    L-aħħar rapporti ta’ każi tal-Coronavirus huma ta’ 106 mejta u madwar 4,515 persuna infettati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook