Madwar 150 ditta legali jbigħu l-IIP ... ħafna minnhom “ħobża u sikkina mal-PN”

  • Jan 28, 2020 08:03
  • Miktub minn iNews

    Schembri irrefera għall-kritika tal-Oppożizzjoni dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza b'investiment (IIP) u sostna kif waqt li hija ssemmi biss ċertu kumpanija l-fatti juru li hawn madwar 150 ditta legali li qed jirreklamawha barra li ħafna minnhom huma “ħobża u sikkina mal-PN”.

    Waqt li iddeskriva dan bħala “faċċoliżmu totali”, Schembri irrefera wkoll għall-kritika tal-Oppożizzjoni fuq żewġ banek partikolari – Pilatus Bank u Satabank.

    Huwa irrikonoxxa li dawn kellhom il-problemi imma staqsa għaliex l-Oppożizzjoni ma ssemmix li kien hemm bank ieħor li kellu l-problemi jiġifieri n-Nemea Bank.

    Schembri sostna li l-PN ma jsemmix lil dan il-bank, li għandu jagħti €13 miljun lid-depożitanti tiegħu, għax id-direttur tiegħu huwa l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.

    Dwar kritika fuq il-crypto currencies, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar sostna li l-MFSA qed iddum bil-proċess ta' liċenzjar biex tkun żgura 200% mid-'due diligence'.

    Waqt li nstema' jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni “ma jifhimx kazz” f'dan is-settur, Schembri fakkar kif Malta għamlet waħda mill-aħjar liġijiet tant li Franza qabditha u għamlitha tagħha u l-Ġermanja qed tibgħat nies hawn biex jitħarrġu għand l-istess MFSA.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook