“Żmien l-inċertezza ekonomika għadda” - Silvio Schembri

  • Jan 28, 2020 07:30
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri iddikjara fil-Parlament li żmien l-inċertezza ekonomika fil-pajjiż spiċċa.

    Huwa u jitkellem dwar is-sitwazzjoni llum, Schembri irrikonoxxa li kien hemm żmien ta' inċertezza imma nsista li mil-laqgħat li qed ikollu qed jidher biċ-ċar li hemm aktar serħan tal-moħħ.

    Schembri nsista li issa li d-deċiżjonijiet reġgħu bdew jittieħdu jrid li r-rota ekonomika terġa' tibda ddur b'saħħitha kif kienet.

    Huwa semma kif il-Gvern se jaħdem, fost oħrajn, biex il-proġetti approvati matul l-2019 jiġu implimentati.

    Hawnhekk semma kif matul is-sena li għaddiet ġew approvati 163 proġett ta' investiment, li 44 minnhom kienu ġodda u 119 ta' espansjoni, u kif sal-2023 pajjiżna se jara madwar 1,700 impjieg ġdid.

    Schembri irrefera għall-Airmalta u sostna kif waqt li din għad baqalha sfidi kbar wera l-fiduċj li dawn se jingħelbu billi minbarra fuq ġarr ta' turisti tiffoka fuq l-inġinerija u t-taħriġ bil-possibilita li anke jkollha akkademja.

    Huwa semma wkoll kif il-Gvern daqt jagħlaq in-negozjati fuq żewġ proġetti kbar fil-farmaċewtika biex kumpaniji li jinsabu Malta jkomplu jkabbru l-operat tagħhom.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook