Turista tirbaħ €29,689 talli sieqha daħlet f'tappiera

  • Jan 27, 2020 19:14
  • Miktub minn iNews

    Imħallef ordna lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jagħti kumpens ta' €29,689 lil turista Ġermaniża li kisret sieqha wara li din daħlet f'tappiera ħdejn il-knisja tal-lokal.

    Barbara Schrof kellha 58 sena meta fl-1 ta' Diċembru 2009 waslet Malta ma' żewġha abbord vapur tal-passiġġieri.

    Peress li kellhom ftit siegħat f'pajjiżna hija u grupp ieħor ta' turisti iddeċidew li jmorru jaraw il-knisja tal-Mosta.

    Kif temmet iż-żjara u kienet sejra lejn il-latrina viċin taċ-Ċentru Ċiviku sieqha x-xellugija baqgħet dieħla ġo tappiera li kellha l-għatu nieqes bil-konsegwenza li kistret sieqha x-xellugija.

    Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei u għalhekk ma setgħetx tirritorna fuq il-vapur li waslet fuqu dakinhar stess.

    Schrof għamlet operazzjoni f'pajjiżha imma ma rnexxilhix tfieq għal kollox u għandha bżonn il-krozzi biex tiċċaqlaq u tuża s-siġġu tar-roti biex toħroġ barra mid-dar.

    B'rabta ma' dan l-inċident hija fetħet kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fejn talbet għal kumpens.

    Mill-provi li tressqu quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale rriżulta li t-tappiera fejn waqgħet fiha kienet toqba magħmulha sabiex jitqegħdu l-arbli tal-logħob tan-nar li jittella fil-festa ta' Santa Marija.

    Għalkemm ir-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali tal-Mosta sostnew li hija missha għaddiet minn fuq il-bankina u mhux mill-parkeġġ, l-Imħallef Depasquale għamilha ċara li messu kien il-kunsill li jara li t-triq ma tkunx ta' periklu.

    Kien għalhekk li waqt li żammu responsabbli għal dan l-inċident qies il-ħlasijiet li kellha tagħmel il-koppja Ġermaniża u ordnalu jagħtiha l-imsemmi kumpens.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook