Ġorġjan jeħel 44 xahar ħabs fuq serq minn djar

  • Jan 27, 2020 17:00
  • Miktub minn iNews

    Il-Maġistrat Joseph Mifsud ikkundanna raġel ta' 38 sena minn Ġorġja għal  44 xahar ħabs wara li dan ammetta li f'Ottubru li għadda wettaq sensiela ta' serqiet minn diversi djar madwar Malta.

    Avtandil Rusia ammetta li seraq mid-djar tal-koppja Mario u Janice Tanti f'Ħaż-Żebbuġ, Diana Galea fir-Rabat, Patchari Yeamchud f'Tas-Sliema, Clarissa Jones u Adrian Zammit f'Ħ'Attard, Matthew Camilleri u Giovanella Abela fis-Swieqi, Randolph u Lorinda Mamo f'San Ġwann, Ritianne Bonnici f'Ħaż-Żebbuġ u minn dik ta' Jason u Caroline Farrugia f'Ħal Qormi.

    Is-serqiet li tagħhom Rusia ammetta l-ħtija kienu investigati mill-Ispetturi Mario Xiberras, Shawn Pawney u Leroy Balzan Engerer li mexxew ukoll il-prosekuzzjoni fihom.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook