Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema ta’ Dar tal-Providenza

  • Jan 27, 2020 16:26
  • Miktub minn iNews

    Għat-tielet darba ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-General Workers Union (GWU) u d-Dar tal-Providenza, li jkopri l-perjodu bejn l-2020 u l-2023 li jipprovdi kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol għal ħaddiema kollha, fosthom family friendly measures kif ukoll struttura ġdida ta’ gradi u progressions għall-gradi kollha. Filwaqt li se jkunu qiegħdin jitjiebu wkoll is-salarji fost kundizzonijiet oħra.

    Dan il-ftehim ġie spjegat lill-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza u approvat f’laqgħa li nżammet ftit ġranet qabel u ġie approvat ukoll mill-Kumitat Finanzjarju Djoċesan, ippresedut mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. 

    Il-ftehim ġie ffirmat mid-Direttur tad-Dar, Fr.Martin Micallef u minn Riccarda Darmanin Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU. Ġie ffirmat ukoll minn Nadine Camilleri Cassano Amministratur tad-Dar tal-Providenza, Paul Micallef Assistant Segretarju tal-istess Taqsima tal-GWU u Frans Micallef, Shop Stewards tal-ħaddiema. 

    Is-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi qalet,“Dan il-ftehim huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalijja. Bl-għajnuna ta’ Shop Stewards fil-Dar tal-Providenza; Miguel, Frans u David, wasalna għal dan il-ftehim. Sibna kooperazzjoni sħiħa mingħand Fr Martin, l-amministrazzjoni u l-bord ta’ diretturi, li fih wasalna fi ftehim li ntejjbu l kundizzjonijiet tal-ħaddiema biex il-pagi jkunu aħjar u jkunu ma dawk relatati fis-suq. Id-Dar tal-Providenza minn dejjem kienet għal qalb il-ħaddiema tagħna u dejjem taw minn l-aħjar li jistgħu u dan huwa rikonoxxut fil-ftehim kollettiv.”

    Fr Martin irringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxu fin-negozjar tat-tielet ftehim kollettiv għall-ħaddiema li sar f’atmosfera ta’ rispett reċiproku u b’xewqa li jkomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet u s-salarji tal-ħaddiema kollha tad-Dar tal-Providenza. Huwa żied jgħid li r-rieda li jiżdiedu l-pagi għall-ħaddiema ma jirriflettix biss sens ta’ ġustizzja imma wkoll apprezzament għall-impenn u dedikazzjoni kbira tal-ħaddiema tad-Dar. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook