Mal-100 persuna mħarrka wara li nqabdu jpejpu fi stabbilimenti fl-ewwel erba' ġimgħat tas-sena

  • Jan 27, 2020 16:00
  • Miktub minn iNews

    Mal-100 persuna ġew imħarrka wara li nqabdu jpejpu fi stabbilimenti f’madwar 80 spezzjoni li l-Pulizija għamlu f’pajjiżna bejn l-1 ta’ Jannar u l-lejl li għadda. L-ispezzjonijiet saru fi stasbbilimenti tax-xorb, f’każini u anke ristoranti.

    Intant il-Pulizija qalet li madwar 50 persuna oħra ġew imħarrka wara li nqabdu jixorbu minn kontenitur tal-ħġieġ fit-triq. Il-Pulizija qalet li nħarġu wkoll numru ta’ taħrikiet fil-konfront ta’ sidien ta’ stabbilimenti wara li nqabdu jdoqqu mużika b’volum għoli wara l-ħin stabbilit bil-permess. Inħarġu taħrikiet oħrajn ukoll fil-konfront ta’ persuni li nqabdu jarmu affarijiet fl-art, kif ukoll inħarġu mas-70 taħrika minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku.

    L-ispezzjonijiet saru fost oħrajn fil-Birgu, f’Birżebuġa, f’Bormla, fil-Ħamrun, f’Ħal Luqa, fl-Isla, fil-Kalkara, fil-Marsa, f’Ħal Qormi, fir-Rabat, f’San Ġiljan, f’Paceville, f’Tas-Sliema, fil-Belt Valletta, f’Ħaż-Żabbar, u f’Ħaż-Żebbuġ. Saru wkoll spezzjonijiet fi stabbilimenti f’Għajnsielem u fir-Rabat Għawdex.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook