Mara li kienet qed taqsam it-triq issofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi f'San Ġiljan

  • Jan 27, 2020 13:54
  • Miktub minn iNews

    Mara ta’ 26 sena mil-Litwanja, residenti San Ġiljan, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 a.m., fi Triq Ġorġ Borġ Olivier.

    Jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Kia misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti r-Rabat, u vettura tat-tip Suzuki misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti l-Imsida. Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.

    Kawża tal-ħabta bejn iż-żewġ vetturi, il-mara mil-Litwanja, li kienet qed taqsam it-triq intlaqtet mill-vettura tat-tip Suzuki.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0