Mill-inqas żewġ persuni jindarbu wara li ajruplan jiskiddja u jispiċċa fi triq fl-Iran

  • Jan 27, 2020 12:04
  • Miktub minn iNews

    Ajruplan b’144 persuna abbord skidja barra minn runway ta’ ajruport fl-Iran u spiċċa fi triq maġenb l-istess ajruport. L-inċident seħħ fil-belt ta’ Mahshahr.

    L-awtoritajiet qalu li żewġ persuni sofrew ġrieħi, hekk kif jidher li l-ajruplan sofra ħsarat fil-‘landing gear’ u spiċċa bla roti. L-ajruplan kien operat minn Caspian Airlines.

    Il-passiġġieri, taħt xokk, dehru joħorġu b’mod kalm mill-ajruplan.

    Xhieda qalu li membru tal-ekwipaġġ beda jindika lill-passiġġieri biex jitbiegħdu mill-ajruplan.

    L-ajruplan kien qed jopera titjira minn Tehran lejn il-belt ta’ Mahshahr.

    L-inċident seħħ wara li l-Iran għadu qed jiffaċċja pressjoni kbira wara t-twaqqigħ ta’ ajruplan ċivili li kien qed itir fuq Tehran.

    L-ajruplan kien twaqqa’ mill-Gwardji Rivoluzzjonarji aktar kmieni dan ix-xahar. F’dan l-inċident kienu nqatlu 176 persuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0