Żewġt irġiel ma jinstabux ħatja wara 15-il sena b'rabta ma' serq ta' karozza BMW

  • Jan 27, 2020 10:42
  • Miktub minn iNews

    Żewġt irġiel ma nstabux ħatja 15-il sena wara li l-istqarrijiet tagħhom lill-pulizija dwar serqa ta’ karozza tat-tip BMW minn garaxx ta’ importatur tal-karozzi lura fl-2005 ġew dikjarati bħala inammissibbli waqt l-appell tal-każ.

    Iż-żewġt irġiel kienu ġew akkużati flimkien ma’ żewġt irġiel oħrajn dwar l-allegat involviment tagħhom fis-serqa tal-vettura minn garaxx fil-Gżira u l-bejgħ sussegwenti tagħha b’valur meqjus bħala sinjifikament taħt il-valur reali tal-karozza.

    Il-Pulizija kienet xliet lil wieħed mill-irġiel li f’Awwissu tal-2005 kien seraq il-karozza b'din tinbiegħ lil raġel ieħor għas-somma ekwivalenti ta’ €466.

    Dan min-naħa tiegħu kien reġa’ biegħ il-karozza għaċ-ċifra ta’ €1,631.

    Meta kienu mistoqsijin mill-Pulizija, l-erba’ suspettati deher li ma kellhom l-ebda dubju dwar li kienu konxji li l-vettura kienet ittieħedet mill-garaxx tal-importatur.

    Intant il-proċeduri kriminali komplew fil-konfront taż-żewġt irġiel l-oħrajn, bil-Qorti tagħti sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs effettivi, u sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin liż-żewġt irġiel, li appellaw minn din id-deċiżjoni li kienet ngħatat mill-Qorti tal-Maġistrati fl-2014.

    Intant il-Qorti Kriminali tal-Appell, preseduta mill-Imħallef Edwina Grima, qalet li l-unika xhieda li hemm li torbot lill-appellanti mar-reat tirrisjedi fl-istqarrijiet li kienu taw wqt l-interrogazzjoni, u li matulha kienu “inkrimniaw lilhom infushom b’mod inkundizzjonat u ammettew l-involviment tagħhom fir-reat”.

    Tenniet li jirriżulta li ma kien hemm l-ebda xhieda, jew marki tas-swaba’ inkriminanti, filmati minġbudin minn kameras tas-sigurtà, telefonati jew DNA li tinkrimina lis-suspettati.

    Il-Qorti osservat li għal raġuni li mhux magħruf iż-żewġt irġiel l-oħrajn involuti fil-każ ma ntlabux jagħtu x-xhieda tagħhom.

    Il-Proskuzzjoni kienet pruvat tressaq liż-żewġt irġiel biex jagħtu x-xhieda tagħhom fl-istadju tal-appell, b’din it-talba ma setgħetx tintlaqa’ taħt it-termini tal-liġi.

    Il-Qorti għamlet referenza għall-każ “Farrugia vs Malta” ta’ Ġunju tal-2019, li kien instema’ fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn kien ġie deċiż li ċ-ċaħda għal aċċess għal parir legali qabel l-interrogazzjoni kienet irriżultat fi ksur għal smigħ ġust.

    Inkunsiderazzjoni ta’ din is-sentenza l-Qorti ddikjarat l-istqarrijiet tal-appellanti bħala inammissibbli, u lliberat liż-żewġt irġiel minn kull responsabbiltà kriminali.

    L-Avukati Carm Mifsud Bonnici u Noel Camilleri dehru għall-appellanti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0