“Il-Qatt Aktar … li llum mhix garantita”

  • Jan 27, 2020 10:00
  • Miktub minn iNews

    Illum għadd ta’ persuni li kien irnexxielhom joħorġu ħajjin mill-kamp tal-konċentrament f’Auschwitz fil-Polonja, se jeġgħu jirritornaw f’dan il-post li kien ixxokkja lid-dinja bl-atroċitajiet li seħħew fih. Aktar minn miljun Lhud inqatlu f’dan il-kamp biss. Xi wħud minn dawk li baqgħu ħajjin, llum se jirritornaw fih għall-ewwel darba mindu nħarġu minnu.  Dan se jsir bħala parti minn kommemorazzjoni biex jitfakkar il-75 anniversarju mindu Auschwitz waqa’ f’idejn l-alleati.

    'Biex ma ninsewx'.  ‘Qatt aktar’. Dan hu l-messaġġ li ta' kull sena jitwassal biex jitfakkru l-vittmi tal-olokawst u ta' ġenoċidji oħra li seħħew wara. Lil hinn minn dan, kellna persuni li twieldu Malta u li spiċċaw vittmi tal-olokawst tat-Tieni Gwerra Dinjija. Fost dawn kien hemm żewġt itrabi, Silvana Sagona u Boris Kukilia.  Kien hemm ukoll Weinstock Chana, Smaukstil Wladislo u Juris Krimms.

    Kliem ta' eks suldat...il-gwerra tal-mibgħeda razzjali xi żmien jew ieħor terġa' sseħħ

    Waqt li tfakkar dan il-jum, jispikkaw ċerti dikjarazzjonijiet b'mod partikoli minn dawk li baqgħu ħajjin imma anki minn qraba ta' eks suldati fosthom dawk li daħlu f'kampijiet ta' konċentrament. Wieħed minn dawn is-suldati kien Fredrick Stoerrle. In-neputi tiegħu, li llum jgħix fl-Istati Uniti jiddikjara b'mod ċar li "bħala tifel iż-żiju tiegħi kien ikellimni fuq il-kampijiet ta' konċentrament. Kien wieħed li minn  dawk tal-ewwel li spara lejn is-serraturi ta' wieħed mill-kampijiet. Lili kien iwissini. Kien jgħidli li l-gwerra tal-mibegħda se terġa' tiġri. Jien ma nkunx għadni ħaj, forsi inti tkun għadek.  Imma żgur li uliedek jesperjenzawha'. Gregg jgħid li llum fl-Istati Uniti qed jesperjenza din iż-żieda fil-mibegħda razzjali. 

    F'Malta jibqa' mhux reat li xi ħadd jiċħad li sar l-Olokawst

    Sa issa f'Malta għad m'għandna ebda leġiżlazzjoni li permezz tagħha jittieħdu passi kriminali kontra dawk li jxerrdu qlajjiet li l-olokawst qatt ma seħħ jew li hi xi ħrafa ivvintata. Dan minkejja li għandna gruppi li regolarment jiltaqgħu u jiddikjaraw fil-laqgħat li jagħmlu li l-olokawst ma seħħx.  Fl-aħħar snin kienet l-Italja li daħħlet leġislazzjoni simili fejn min jiċħad li seħħ l-olokawst jista' jeħel bejn sentejn u sitt snin priġunerija. 

    Fl-Ewropa hemm xejn inqas minn 14-il pajjiż fejn hu illegali li xi ħadd jiċħad li seħħ l-olokawst. Fost dawn il-pajjiżi hemm l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, is-Slovakkja u Spanja. 

    Il-mistoqsija tibqa' jekk id-dinja tgħallmitx

    Quddiem it-tifkira li saret, il-mistoqsija tibqa' jekk id-dinja tgħallmitx minn dak li seħħ.  Illum issaħħaħ sew l-argument, bl-iżviluppi li seħħew fl-aħħar xhur madwar l-Ewropa u madwar id-dinja, li donnu d-dinja xorta baqgħet ma ħaditx it-tagħlima minn dawk l-atroċitajiet. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0