Kliem ta’ mibgħeda fil-konfront tal-Pulizija f'siti soċjali

  • Jan 27, 2020 09:32
  • Miktub minn iNews

    Persuni li għandhom għal qalbhom ix-xogħol li jsir mill-Pulizija wrew diżappunt għal ċerti paġni fuq il-midja soċjali li mhux talli qegħdin jikxfu x-xogħol li jkun qed isir mill-Pulizija, talli qed jinstigaw mibgħeda fil-konfront tal-Pulizija.

    Fil-fatt, jidher li nħolqot paġna partikolari fuq sit soċjali li permezz tagħha tingħata informazzjoni dwar fejn ikunu qegħdin isiru road blocks, fejn ikunu seħħew xi inċidenti u anke fejn ikun hemm toroq magħluqa. Barra milli ċerta informazzjoni tista’ tkun qiegħda tgħin lil xi kriminali biex jaħarbu mill-Pulizija, din il-paġna qiegħda sservi wkoll biex diversi nies jesprimuu ruħhom b’mod mill-aktar dispreġġjattiv kontra l-Pulizija u x-xogħol li jagħmlu.

    Fost l-oħrajn, jidhru kummenti ta’ nies li bi kliem baxx jiktbu li l-Pulizija lilhom ma jwaqqfuhomx għax inkella jduru għalihom. Jgħidu wkoll li l-Pulizija għax jilbsu l-uniformi mingħalihom li ma jista’ għalihom ħadd. Saħansitra jkun hemm min jistaqsi kemm jeħel punti fuq il-liċenzja jekk ikollu jgħaddi minn fuq Pulizija. Intant, jidher li l-amministraturi tal-paġna pprovaw jiġbdu l-attenzjoni li jekk ikun hemm kitbiet ta’ mibgħeda dawn kienu se jkeċċu lil dawk li jiktbuhom. Madankollu, f’kummenti mal-istess twissija kien hemm diġà min kiteb affarijiet simili u xorta baqa’ aċċettat fil-paġna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook