Sitt salvataġġi ta’ immigranti fi ftit sigħat … 223 immigrant jistennew li jiddaħħlu f'port sigur

  • Jan 27, 2020 08:41
  • Miktub minn Victor Vella

    Fl-aħħar sigħat  bastimenti ta’ għaqdiet non governattivi u anke b’ħidma tal-Forzi Armati Maltin ġew salvati xejn inqas minn sitt dgħajjes bl-immigranti li kienu f’diffikultà.  F’każ minnhom, id-dinghi li kien f’diffikulta kien assistiet mill-Forzi Armati ta’ Malta. Minn fuq id-dinghi ġew salvati 40 persuna.  

    Is-salvataġġ li twettaq mill-Forzi Armati ġie kkritikat minn għaqda non governattiva. Din allegat li hnuma infurmaw lill-Forzi Armati għall-ħabta tat-3.00 ta’ wara nofsinhar b’dgħajsa li kienet f’diffikulta. Skont huma l-patrol boat tal-Forzi Armati kienet fuq il-post 16-il siegħa wara. “Għaliex is-sofferenza ta’ dawn l-immigranti ittawlet b’dan il-mod?”, staqsiet l-għaqda non governattiva Alarm Phone.

    Mill-banda l-oħra, il-bastiment ta’ Medecins Sans Frontieres (MSF) kien involut f’diversi salvataġġi u ġew salvati 223 immigrant.  Fost dawk salvati hemm nisa tqal u tfal. Dawn sal-bieraħ kienu qegħdin jistennew li jiddaħħlu f’port sigur.

    L-aħħar salvataġġ li għamel l-Ocean Viking kien tard is-Sibt filgħaxija meta salva 72 immigrant li kienu fuq dinghi.

    Intant il-bastiment Alan Kurdi li hu mmexxi mill-organizazzjoni Ġermaniża Sea Eye salva 78 immigrant.  Huma anke akkużaw lill-gwardji tal-kosta Libjan li tellfu lill-ekwipaġġ ta’ Sea Eye waqt is-salvataġġ tagħhom.

    Sa tard ilbieraħ filgħaxija ma kienx għadu magħruf fejn se jiddaħħlu dawn l-immigranti. Sorsi qrib il-Gvern qalulna li l-immigranti salvati, apparti dawk li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta ma kinux f’ibħra li huma fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook