Tinfetaħ residenza għal żgħażagħ bla dar

  • Jan 25, 2020 19:45
  • Miktub minn iNews

    Is-Sibt filgħodu infetħet uffiċjalment ir-residenza ‘Marvelli’, li se tkun qed tilqa’ żgħażagħ bla dar (homeless) u eventwalment tgħinhom jiksbu indipendenza fuq medda ta’ żmien. Dan huwa b’hekk kunċett ferm proattiv u li jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jibnu ħajjithom mill-ġdid. Se jingħata wkoll servizz ta’ mentoring, biex b’hekk dawn ik-persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew inkella lura fis-sistema edukattiva.

    Din ir-residenza ġiet inawgurata fil-preżenza tal-Arċisqof Charles Scicluna u l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon. 

    Il-Ministru Michael Falzon stqarr li dan il-ftehim soċjali huwa l-ewwel wieħed għal din is-sena, u li huwa xhieda  tas-sinerġija li teżisiti bejn l-istat u l-knisja.

    Il-Ministru Michael Falzon stqarr li jifhem l-impenn kbir li l-għaqdiet non-governattivi jagħtu lil nies fil-bżonn, jispikkaw fosthom għaqdiet tal-knisja, li fil-fatt huma l-maġġoranza tal-ftehimiet soċjali li hemm fil-preżent.

    Il-Ministru Michael Falzon stqarr li ħadd ma għandu jintilef mis-soċjetà, kulħadd huwa relevanti , u għandhom ikunu inizjattivi bħal dawn li jkomplu jibnu soċjetà b’saħħitha. 

    Is-siġill ta’ dan il-ftehim se jfisser li l-gvern se joħroġ l-allokazzjoni ta’ €70,000 fuq perjodu ta’ tliet snin.

    Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna faħħar is-sehem ta’ dawk kollha involuti f’dan il-proġett u tenna li l-knisja se tkompli taħdem mill-qrib mal-istat fl-aqwa interess tal-komunità.

    Fil-preżent, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, għandu 44 ftehim soċjali ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet soċjali, b’allokazzjoni ta’ €17-il miljun ewro.

    Dan il-proġett soċjali innovattiv se jkun immexxi minn tliet għaqdiet volontarji: il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Past Pupils u Ħbieb ta’ Dun Bosco, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta u Dar Osanna Pia.

    L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali se tkun qed tassigura li s-servizz mogħti huwa skont l-istandars stabbiliti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0