Is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika tgħid li ġew imtejba s-sorveljanza u l-livell ta’ tħejjija kontra l-coronavirus

  • Jan 25, 2020 09:23
  • Miktub minn iNews

    F’aġġornament dwar it-tixrid tal-coronavirus, is-Sovrintendenza għas-Saħħa pubblika qalet li qed issegwi l-pariri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).

    Is-Sovrintendenza qalet li minkejja li għall-bidu kien maħsub li l-oriġi tal-virus kien mien suq tal-annimali u frott tal-baħar, is-sors tal-marda għadha mhix magħrufa u għaldaqstant tista’ tkun għadha attiva.

    B’referenza għal-laqgħa tal-WHO li żvolġiet nhar l-Erbgħa u l-Ħamis li għadda, is-Sovrintendenza qalet li kien deċiż li għadu wisq bikri biex tkun dikjarata sitwazzjoni ta’ Tħassib Internazzjonali ta’ Emerġenza dwar is-Saħħa Pubblika (PHEIC). Madankollu qalet li l-WHO talbet lill-pajjiżi kollha biex ikollhom fis-seħħ pjani ta’ rispons li jiffokaw b’mod partikolari fuq l-intraċċar tal-marda, testing u l-iżolamnt ta’ każi.

    Is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika intant qalet li ġie ffurmat tim ta’ kordinament għal rispons nazzjonali, li qed jitmexxa minnha. Apparti hekk hemm komunikazzjoni kostanti mal-WHO, l-ECDC, u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE. Fl-istess waqt il-Kunsill Ewropew qed jorganizza telekonferenzi fuq bażi regolari mal-istati membri kollha, li għalihom qed jipparteċipaw l-awtoritajiet Maltin biex jirċievu aġġornamenti u pariri dwar azzjonijiet.

    Is-Sovrintendenza żiedet tgħid ukoll li ġiet imtejba s-sorveljanza u l-livell ta’ tħejjija biex jinstabu każi ta’ persuni infettati bil-marda.

    Apparti dan hemm tħejjijiet fl-Isptar Mater Dei, u fuq livell ta’ Kura Primarja f’dak li huwa testijiet f’laboratorji b’kordinament ma’ laboratorji barranin u lokali, flimkien ma’ miżuri ta’ kontroll ta’ infezzjonijiet u tħejjijiet fuq livell ta’ sptar f’xenarju li jirriżulta każ suspettat ta’ persuna infettata bil-coronavirus.

    Is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qed tavża lil persuni li se jivvjaġġaw biex jevitaw swieq jew postijiet fejn jinbiegħu annimali ħajjin jew mejtin, u biex jevitaw kuntatt ma’ nies morda u li b’mod partikolari jkunu qed juru sintomi ta’ mard respiratorju. Dan filwaqt li qed tagħti parir favur iż-żamma ta’ iġjene tajba, u biex jevitaw kuntatt ma’ annimali, jew eskrementi tagħhom.

    Intant żiedet tisħaq li vjaġġaturi b’sintomi akuti respiratorji fi żmien 14-il ġurnata miż-żjara tagħhom f’Wuhan, għandhom jagħmlu kuntatt mat-tabib tagħhom u jindikaw id-dettalji tal-vjaġġ tagħhom f’Wuhan, filwaqt li jagħmlu kuntatt mal-Unità għall-Prevenzjoni u l-Kontroll ta’ Mard Infettiv billi jċemplu fuq 21324086.

    • Apparti dan vjaġġaturi għandhom jieħdu t-tilqima staġjonali tal-influwenza mikl-inqas ġimagħtejn qabel jivvjaġġaw biex jipprevjenu mard sever.
    • Is-Sovrintendenza temmet tgħid li l-WHO ma rrakkomandat l-ebda twissijiet dwar vjaġġar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0