Miri ġodda fl-avjazzjoni wara li ntlaħqu l-miri tal-2019 għal dan is-settur

  • Jan 24, 2020 16:48
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar miri ġodda fis-settur tal-avjazzjoni wara li ntlaħqu l-miri tal-2019 għal dan is-settur. Hu ddeskriva l-avjazzjoni bħala industrija ferm importanti għal pajjiżna, hekk kif bħala gżira ninsabu dipendenti fuq il-konnettività bil-baħar u anke bl-ajru għall-kummerċ u għat-trasport lejn u minn pajjiżi oħra. 

    “Illum bi pjaċir nistgħu ngħidu li r-reġistru tal-ajruplani 9H għandu rreġistrati miegħu 400 ajruplan; mira importanti li għamilna fl-2019 u li lħaqna grazzi għall-ħidma dedikata tal-Awtorità għat-Trasport u d-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdanha,” qal il-ministru. 

    Ħabbar ukoll li llum kien qed jiġi ppreżentat Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru lill-operatur Galistair, li jaħdem b’mod effiċjenti u sostenibbli b’impenn favur l-ambjent, u qal li l-miri ta’ pajjiżna għas-settur jinkludu wkoll standards ambjentali aħjar favur aktar sostenibbiltà.

    “Ir-riżultati li ksibna jfissru aktar ġid ekonomiku, aktar impjieg u mhux se nieqfu mal-kisbiet. Bħalissa għandna ħames applikazzjonijiet oħra għal Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru u tliet organizzazzjonijiet tat-taħriġ oħra interessati. Qed inħarsu lil hinn minn dan ukoll. Fl-2020 irridu nilħqu l-460 ajruplan. Irridu nżidu n-numru tal-operaturi. B’dawn il-miri qed inħarsu biex ikollna aktar tkabbir fis-settur, tkabbir li jġib domanda għal aktar impjieg,” qal il-Ministru Borg. 

    Saħaq li r-riżors uman hu essenzjali biex pajjiżna jkompli jagħti servizz bla paragun li jkompli jġib lejn xtutna aktar investiment u aktar operaturi u ajruplani.

    “Se nkomplu naħdmu bis-sħiħ biex insostnu ambjent regolatorju effiċjenti li huwa favorevoli kemm għall-industrija kif ukoll għall-klijenti tagħha. Għalkemm għamilna ħafna suċċessi, Malta għad fadlilha ħafna potenzjal u se nkomplu naħdmu biex nilħquh. Din hi l-viżjoni tagħna għal pajjiżna u impenjati li nwassluha għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha,” għalaq il-Ministru Ian Borg.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0