Kuntrattur instab ħati ta’ ksur ta’ liġi li wassal biex weġġa’ ħaddiem

  • Jan 24, 2020 15:44
  • Miktub minn iNews

    Kuntrattur ta’ 62 sena minn San Ġwann ġie mmultat €2,250 u kkundannat 6 xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati ta’ ksur tar-regolamenti għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li wassal biex iweġġa’ ħaddiem.

    L-inċident kien seħħ f’April tal-2018 f’B’kara meta ħaddiem ta’ nazzjonalità barranija impjegat mal-kumpanija tal-kostruzzjoni weġġa’ fuq il-post tax-xogħol waqt li kien qed jaħdem f’sit li kien qed jinbena. Huwa kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.

    Il-kuntrattur instab ħati mill-Qorti tal-Maħistrati li naqas milli jħares is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tiegħu kif ukoll ta’ kull min seta’ jiġi affettwat bix-xogħol li kien qed isir. Instab ħati wkoll li naqas li jieħu l-miżuri ta’ prevenzjoni meħtieġa biex ma jsirx xi dannu fiżiku, korriment jew mewt fuq il-post tax-xogħol.

    Il-kuntrattur naqas milli jieħu miżuri ta’ protezzjoni biex ikunu evitati waqgħat mill-għoli. Fil-fatt huwa naqas li jassigura li jkun hemm lqugħ solidu li jkun għoli biżżejjed u li jkollu tal-anqas bord tat-tard, poġġaman ewlieni u poġġaman intermedju.

    Huwa nstab ħati ta’ affarijiet oħra fosthom li ma assigurax li poġġamani ta’ protezzjoni jitpoġġew madwar trombi u turġien u li x-xogħol fil-għoli jsir biss b’apparat speċjali jew bl-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni kollettiv bħalma huma bennien, il-pjattaformi jew ix-xbieki tas-sigurtà.

    Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet bl-assistenza kollha tiġi mogħtija mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0