“Dejjem emmint li l-governanza tajba tikkumplimenta bis-sħiħ l-ekonomija” - Il-PM Robert Abela f’laqgħa mal-MDA

  • Jan 24, 2020 12:32
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li huwa qatt ma fehem ċertu għajdut fejn kien jingħad li biex l-industrija tal-kostruzzjoni u l-ekonomija jimxu ‘l quddiem trid tillaxka fil-governanza. Huwa qal li dan il-kunċett ma jagħmilx sens iżda huwa jemmen li l-governanza t-tajba tikkumplimenta bis-sħiħ l-ekonomija.

    Dr Abela stqarr dan waqt laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) fi Gwardamanġa. Jakkumpanjah kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Dr Aaron Farrugia.

    Il-Prim Ministru beda billi rrikonoxxa li l-industrija tal-kostruzzjoni hi mutur ewlieni tal-ekonomija tagħna u li din l-industrija llum hija waħda b’saħħitha. Huwa qal li l-messaġġ wara l-laqgħa tal-lum huwa li dan il-Gvern jemmen fit-tisħiħ tal-ekonomija u s-settur tal-kostruzzjoni.

    Qal li kien għalhekk li l-ambjent u l-ippjanar ġew ikkonsolidati f’Ministeru wieħed biex jinħoloq bilanċ bejn is-settur u mhux settur jieħu prijorità fuq ieħor. Tenna li jħares ‘il quddiem b’mod pożittiv ħafna anke fejn jidħlu r-regolamenti tal-bini.

    Il-Prim Ministru qal li jħares ukoll ‘il quddiem biex flimkien mal-MDA inkomplu nsaħħu dan is-settur tant importanti għal pajjiżna.

    Min-naħa tiegħu, il-President tal-MDA Sandro Chetcuti rringrazzja lill-Prim Ministru taż-żjara tiegħu u fisser dan bħala sinjal ċar tal-importanza li l-Gvern qiegħed jagħti lill-industrija tal-kostruzzjoni. 

    “Juri wkoll rieda għall-kontinwazzjoni ta’ djalogu miftuħ u sinċier bejnietna, biex inkunu nistgħu nikkontribwixxu fil-ħolqien ta’ ekonomija vibranti u b’saħħitha,” qal Chetcuti li żied isemmi kif Dr Abela kien strumenali fil-ħolqien tal-Assoċjazzjoni. 

    Huwa żied jirrimarka li din l-industrija tiddependi ħafna mir-reputazzjoni ta’ Malta u li bħala MDA jixtiequ li fit-tisħiħ tagħha din tingħata prijorità assolutà mill-Gvern. Qal li: “qed nosservaw suq inqas kunfidenti, investituri li qed joqogħdu lura u domanda aktar kajmana. Inkwetati wkoll bil-mod kif il-banek mhux qed jgħinu fis-sitwazzjoni preżenti.” 

    Kien għalhekk li qal li jeħtieġu sinjali ċari min-naħa tal-Gvern li s-sitwazzjoni se tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli. 

    Huwa tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ bidla radikali fis-sistema politika. “Irridu nagħmluha ċara li l-MDA tesiġi li jkollna sistema politika aktar moderna u professjonali.” Qal li l-MDA temmen li wasal iż-żmien għal Parlament professjonali u full-time akkumpanjati minn ħlasijiet xierqa u adegwati għal dawk li lesti jitilqu kollox biex jagħtu servizz nobbli lil pajjiżna. 

    Chetcuti tenna wkoll li l-MDA hija wkoll favur l-introduzzjoni tal-finanzjament pubbliku tas-sistema politika u l-partiti politiċi u favur l-abolizzjoni tas-sistema tad-donazzjonijiet.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0