“Jinkludi dettalji u aspetti defamatorji” ... Karru mhux se jitħalla jieħu sehem fil-Karnival

  • Jan 24, 2020 10:49
  • Miktub minn iNews

    Fi Stqarrija li ħarġet Festivals Malta b’referenza għal rapporti fil-media li dehru il-bieraħ 23 ta’ Jannar 2020 rigward karru intenzjonat li jipparteċipa fl-edizzjoni tal-karnival ta' din is-sena, saret kjarifika li tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-kumpanija tal-Karnival relatata kienet diġà ġiet imwissija li d-disinn tal-karru sottomess kien jinkludi dettalji u aspetti defamatorji.

    Festivals Malta rrimarkat ukoll li l-isketch preżentat lilha kien nieqes minn dettalji oħra li qegħdin ikomplu jżidu l-element defamatorju. Għaldaqstant anke permezz ta’ komunikat separat, Festival Malta informat lill-kumpanija rispettiva li, bit-tali produzzjoni, dan il-karru mhux se jkun qiegħed jitħalla jipparteċipa fl-edizzjoni tal-Karnival 2020.

    Festivals Malta filwaqt li ddiżassoċjat ruħha minn dawn l-elementi defamatorji hekk kif qed jiġu proposti biex jiġu preżentati, żiedet tgħid li temmen bi sħiħ fl-espressjoni kulturali u artistika, u tagħraf li m’għandux ikun hemm barrieri li jxekklu il-kreattività. 

    Madankollu temmet tgħid li għalkemm l-artisti illum igawdu mil-liberta tal-espressjoni bla preċendent, fl-istess waqt il-parametri tal-liġijiet għandhom dejjem jiġu osservati u rispettati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0