L-ewwel każ suspettat tal-virus Ċiniż fl-Italja

  • Jan 24, 2020 09:51
  • Miktub minn iNews

    Wieħed mill-professjonisti mediċi f’Bari assigura li “ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji.” Dan hekk kif fl-Italja l-gazzetti qegħdin jirrapurtaw dwar l-ewwel każ ta’ suspettata persuna infettata bil-Coronavirus.

    Il-mara suspettata li hija infettata bil-virus hija kantanta li għadha kif irritornat minn vjaġġ li fih żaret ukoll il-belt ta’ Wuhun, il-post li minnu oriġina l-virus.

    Minkejja li s-sintomi kienu simili għal dik ta’ influwenza normali, il-klinika li fiha attendiet ħadu l-proċeduri kollha neċessarji skont dak maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa.

    Il-mara qiegħda tinżamm rikoverata f’kamra iżolata fi klinika f’Bari sakemm tinħareġ konferma tar-riżultati tat-testijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0