“Wara d-diżabilità hemm bosta abiltajiet”

  • Jan 23, 2020 19:41
  • Miktub minn iNews

    Il-Fundatur tal-Malta Wheelchair Basketball Association b’ħidma biex tisaħħaħ l-idea ta’ sport għall-persuni b’diżabilità…

    L-isport huwa mezz uniku li permezz tiegħu jistgħu jiġu eliminati l-ostakli kulturali u soċjali filwaqt li jifforma bażi qawwija ta' inklużjoni. Għal numru ta’ snin, il-persuni b'diżabilità kellhom jaffaċċjaw numru ta’ sfidi ta’ aċċessibilità u diskriminazzjoni.

    Fortunatament wieħed jista’ jara kif is-soċjetà tagħna għamlet passi kbar 'il quddiem biex kemm jista’ jkun telimina dawn l-ostakli u l-mentalità nbidlet ħafna. Fil-fatt issa naraw soċjetà li kulma tmur tinkludi lill-persuni bi bżonnijiet speċjali saħansitra fid-dinja tax-xogħol għax fl-aħħar mill-aħħar huma persuni li tassew għandhom x’jikkontribwixxu lis-soċjetà.

    Eżempju ta' dan huwa Noel Aquilina li huwa l-fundatur tal-Malta Wheelchair Basketball. Din l-idea brillanti qed tagħmel xogħol sabiħ biex tnaqqas l-istigma u d-diskriminazzjoni rigward persuni bi bżonnijiet speċjali u l-isport. Noel innifsu twieled bil-kundizzjoni ta’ spina bifida li hija kundizzjoni li taffettwa l-ispina tat-tarbija u s-sinsla tad-dahar li ma tiżviluppax sew fil-ġuf.

    L-istorja tal-Malta Wheelchair Basketball Association tmur lura mill-2014. Kien eżattament f'Mejju tal-2014 meta l-Kandidati li jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew, iddeċiedew li jippruvaw il-Wheelchair Basketball.

    Noel jiddikjara li l-isport huwa ta’ benefiċċju kbir mil-lat fiżiku imma żgur u mhux forsi li ma nistgħux nwarrbu l-effetti pożittivi psikoloġiċi marbut miegħu. “Nisħaq li rridu naħdmu flimkien biex ikun hawn iktar għarfien dwar sport għall-persuni b’abiltajiet differenti,” qal Noel.

    “Dak li hu importanti," żied jgħid, "huwa li l-ġenituri għandhom jifhmu li mhux għax it-tifel jew tifla għandhom forma ta’ diżabilità dawn se jweġġgħu lilhom infushom billi jagħmlu sport." Fil-fatt huwa jispjega li hemm nies li m'għandhomx bżonnijiet speċjali jew abbiltajiet differenti li jistgħu jweġġgħu u jkollhom korrimenti fl-isport.

    "Nemmen li jekk naħdmu flimkien bħala tim, inkunu nistgħu nkunu aktar b'saħħitna u fl-aħħar nagħmlu d-differenza tant meħtieġa fl-isport Malti. Dan itejjeb il-benesseri tas-soċjetà filwaqt li tkun soċjetà aktar inklussiva,” jgħid Noel.

    Noel huwa bniedem determinat ħafna u saħansitra pparteċipa fin-nofs maratona ta’ Malta. Huwa jgħid li hija s-soċjetà li tagħmel persuna b'diżabilità u li wara l-diżabilità hemm bosta abilitajiet. 

    Noel ipparteċipa wkoll f’għadd ta’ sfidi ta’ abilità li minnu tgħallem ħafna. "Darba xi ħadd beda jiċċajta miegħi dwar il-fatt biex nagħmel l-isfida miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa billi nuża rota mgħammra speċjali. Niftakar li kien hemm xi ħadd li qal li kien impossibbli għalija li nagħmilha. Iżda, mhux biss irnexxieli nagħmel dan, imma wkoll irnexxielna nagħmlu l-isfida minn Messina għal Pozzallo fi tlett ijiem."

    Il-Malta Wheelchair Basketball huwa messaġġ ċar li l-isport huwa importanti għal kull wieħed u waħda minna. L-isport huwa lingwa li kulħadd għandu jitħalla jesprimi ruħu bil-mod tiegħu u tagħha.

    Din l-idea hija innovazzjoni li qed tgħaqqad flimkien lin-nies u tgħin biex tnaqqas il-mentalità ta’ “aħna u huma” (persuni li m’għandhomx diżabilita u persuni b’diżabilità) filwaqt li taħdem fuq approċċ ġdid biex tiffoka fuq l-abilità aktar milli fuq id-diżabilità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0