Servizz tal-eHealth bejn Malta u pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea

  • Jan 23, 2020 19:47
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif implimenta servizz ġdid tas-saħħa elettronika transfruntiera għaċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini issa jista’ jkollhom sommarju ta’ data dwar saħħithom trasferit elettronikament minn Malta lejn il-pajjiż li fih ikollhom bżonn trattament mediku ta’ emerġenza waqt is-safar. 

    Jekk iċ-ċittadin jagħti l-kunsens, tobba awtorizzati f’pajjiżi li joffru dan is-servizz ikunu jistgħu jaċċessaw dettalji importanti miżmuma mis-servizz tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta, bħal allerġiji, dijanjosi, proċeduri, u mediċini. Din l-informazzjoni tista’ tgħin lil tabib barrani jagħti trattament aħjar, jevita ċerti riskji kliniċi (per eżempju f’każ ta’ allerġiji), u jegħleb ostakli ta’ lingwa, billi t-tagħrif ikun disponibbli fil-lingwa tal-pajjiż fejn jinkiseb.

    Dan is-servizz ġdid bħalissa huwa disponibbli bejn Malta u l-Lussemburgu, għalhekk ċittadini Maltin li jiġu bżonn trattament mediku ta’ emerġenza fil-Lussemburgu jistgħu ikollhom is-sommarju tal-pazjent tagħhom miksub fil-Lussemburgu. Pajjiżi oħra tal-UE wkoll dalwaqt se joffru dan is-servizz tas-saħħa elettronika. Minn tal-ewwel se jkunu l-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka u l-Portugall.

    It-tobba fl-Isptar Mater Dei se jkunu jistgħu wkoll jiksbu s-sommarji tal-pazjenti ta’ viżitaturi minn pajjiżi oħra tal-UE, jekk jiġu bżonn trattament mediku ta’ emerġenza f’Malta, jekk pajjiżhom ikun wieħed minn dawk li jistgħu jibagħtu l-informazzjoni.

    Informazzjoni dwar dan is-servizz hija disponibbli online fuq www.cbeh.gov.mt, u tista’ wkoll tintalab minn crossborder.ehealth@gov.mt.

    Dan is-servizz ġdid ġie implimentat mill-Ministeru b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u ma’ pajjiżi oħra tal-UE li qed jużaw is-Servizz Diġitali tas-Saħħa elettronika tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett ġie kofinanzjat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Unjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0