“Obbligu morali li l-linja nazzjonali tal-ajru tkompli tkun soda”

  • Jan 23, 2020 16:20
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru Schembri: L-Air Malta kienet pedina importanti u se tibqa’; Il-Kap Eżekuttiv iħares ‘il quddiem b’ottimiżmu…

    Fl-ewwel żjara tiegħu flimkien mal-ħaddiema tal-Air Malta, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri, li ġie fdat mill-Prim Ministru Robert Abela l-isfida li jieħu ħsieb l-Air Malta, huwa qal li għandhom obbligu morali li l-linja nazzjonali tal-ajru tkompli tkun soda. Il-Ministru Schembri qal li permezz ta’ din iż-żjara ried jibgħat messaġġ ċar li minkejja li għandu r-responsabbiltà ta’ dekasteru kbir, l-Air Malta kienet pedina importanti u hekk se tibqa’.

    Il-Ministru Schembri qal, “Dak li rrid infisser b’din iż-żjara huwa messaġġ ta’ inkoraġġament u li qed nilqa’ l-isfida b’entużjażmu. Kull darba li nara l-ħaddiema tal-Air Malta nara sens ta’ appartenenza u jien persważ li jekk niġbdu l-istess ħabel, lesti naffaċċjaw l-isfidi. Minflok inċekknu l-operat, irridu nkompu nibnu fuq dik li tissejjaħ growth strategy.”

    Il-Ministru Schembri fisser li l-Air Malta hija pakkett ta’ attività ekonomika u hija parti essenzjali mill-ekonomija. Huwa qal li jemmen li diġà sar il-progress tul dawn l-aħħar snin u se jkunu qed jaħdmu biex fejn huwa possibbli jdaħħlu iktar innovazzjoni, diversifikazzjoni u swieq ġodda, flimkien ma’ operazzjonijiet anċillari oħra li jemmen li għandna l-kapaċità li nwettqu. Rigward titjiriet long haul, il-Ministru Schembri qal li qed isir studju ekonomiku.

    Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Air Malta għad-dedikazzjoni tagħhom li qed tħalli l-frott meħtieġ u wiegħed is-sapport neċessarju minn naħa tal-Gvern filwaqt li sostna li huwa kommess li jkompli jiltaqa’ mal-unions ikkonċernati. 

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Charles Mangion irringrazzja lill-Ministru Schembri tal-interess kbir li wera f’din il-kumpanija u li dan juri kemm għalih il-linja nazzjonali tal-ajru hija tassew prijorità. Mangion qal li l-linja nazzjonali tal-ajru għandha valur mhux biss kummerċjali imma anke għall-ekonomija Maltija. Dan jista’ jkun possibbli permezz taż-żieda fil-konnettività li mingħajrha ma jkunx hemm żvilupp sostenibbli.

    Mangion qal li l-isfidi jibqgħu peress li l-avjazzjoni hija industrija kompetittiva u għalhekk huwa importanti li kemm il-prodott, il-prezz kompetittiv u s-servizz jaqdi l-bżonnijiet tal-klijenti. Il-Kap Eżekuttiv irringrazzja lill-ħaddiema u sostna li qed iħares ‘il quddiem b’ottimiżmu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0