AĠĠORNAT: In-numru ta' bliet Ċiniżi taħt 'lockdown' minħabba l-coronavirus jitla' għal ħamsa

  • Jan 23, 2020 14:25
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Apparti fl-ibliet ta’ Wuhang u Huanggang, iċ-Ċina poġġiet taħt lockdown tlett ibliet – Chibi, Zhijiang, u Ezhou – oħrajn biex b’hekk in-numru ta’ bliet b’restrizzjonijiet fuq vjaġġar tela’ għal ħamsa.

    Intant fil-kapitali Ċiniża ta’ Beijing, l-awtoritajiet ikkanċellaw “avvenimenti kbar” b’mod indefinit. Huma qalu li din id-deċiżjoni ttieħdet biex il-marda tal-coronavirus ma tkomplix tinfirex.

    AKTAR QABEL: Iċ-Ċina poġġiet żewġt ibliet taħt lockdown hekk kif il-marda Corona qed tkompli tinfirex, bi 17-il vittma u kważi 600 persuna oħrajn infettati.

    Intant uffiċjali tas-saħħa qed jibżgħu li l-firxa tal-marda se tkun qed taċċellera hekk kif mijiet ta’ miljuni ta’ Ċiniżi mistennijin li jivvjaġġaw biex jiċċelebraw is-Sena l-Ġdida tal-Qamar.

    Il-biċċa l-kbira tat-trasport fil-belt ta’ Wuhan, b’popolazzjoni ta’ 11-il miljun persuna, ġie sospiż aktar kmieni dalgħodu, bil-popolazzjoni tingħata l-ordni biex ma tħallix il-belt.

    Sigħat biss wara, il-midja tal-istat fil-belt ta’ Huanggang, b’popolazzjoni ta’ sitt miljun persuna, ħabbret li l-belt ukoll kienet se titpoġġa taħt lockdown.

    Pulizija, timijiet tal-forzi speċjali u truppi paramilitari kienu stazzjonati ħdejn l-istazzjon tal-ferroviaj ta’ Wuhan, b’barrikati tal-ħadid jagħlqu l-entratura fl-10.00 a.m.

    Vjaġġaturi li kellhom fil-pussess tagħhom biljetti għall-aħħar ftit ferroviji tħallew iħallu l-belt. Prattikalment in-nies kollha kienu lebsin maskri protettivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook