“Għadni mhux nifhem għaliex ir-ritratt hu kontroversjali”

  • Jan 23, 2020 12:23
  • Miktub minn iNews

    Ikompli jinstema’ l-libell li Maria Pia Zammit fetħet kontra l-Editur tat-Torċa Victor Vella…

    “Il-problema ta’ dan kollu hu meta jgħid li dan ir-ritratt huwa kontroversjali. Għadni mhux nifhem għaliex hu kontroversjali.” Qal dan Chris Gatt, meta lbieraħ kien qed jixhed fil-kawża li l-mara tiegħu Maria Pia Zammit fetħet kontra l-editur tal-gazzetta IT-TORĊA Victor Vella b’rabta ma’ żewġ artikli li dehru fl-istess gazzetta f’Awwissu li għadda. 

    Is-Sur Gatt ilbieraħ ġie muri ritratt li kien deher fl-imsemmija gazzetta ta’ Pia Zammit. Qal li dan ir-ritratt kien ittieħed backstage meta huwa kien qed jidderieġi l-play “Alo, Alo” - kummiedja bbażata fuq it-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa qal li mhux jifhem għalfejn inkiteb li r-ritratt tagħha kien kontroversjali, bil-Maġistrat Rachel Montebello tgħidlu “dik tara l-Qorti”. Qal li r-ritratt juri attriċi backstage liebsa kostum (spy uniform) iżżomm is-simboli tal-iswastika fuq quddiem.

    Fis-seduta tal-bieraħ xehed ukoll Edward Mercieca, producer tat-teatru u edukatur fl-arti performattiva. Huwa ntwera l-istess ritratt u spjega li dan kien meħud backstage fit-Teatru Manoel fil-produzzjoni ta’ Alo Alo. “Kienet saret play għat-teatru. Ġibna kostumi tan-nazi għax huma parti mill-play. Backstage l-atturi jiżżufjettaw u jieħdu pjaċir b’xulxin. Ġieli tieħu xi ritratt. Dan hu ritratt li juri eżattament hekk,” qal ix-xhud.

    Huwa qal ukoll li min kiteb l-artiklu fil-gazzetta ma jafx x’inhi d-differenza bejn it-teatru u r-realtà, bil-Qorti tgħidlu “imma dik opinjoni”. 

    Il-kawża ġiet differita għas-26 ta’ Frar li ġej. L-Avukat Joseph Zammit Maempel deher għal Maria Pia Zammit waqt li l-Avukati Anthea Critien u Chris Vella dehru għal Victor Vella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook