Fantasiji sesswali wasslu għal abbuż reali fuq tfal

  • Jan 23, 2020 09:57
  • Miktub minn Carmen Cachia

    Koppja li nstabet ħatja ta’ pedofelija u ngħatat sentenza ta’ 26 sena priġunerija, kienu diġà mmarkaw lill-vittma li jmiss tagħhom u dan kien se jkun tifel żgħir ta’ ħames snin, li huwa wkoll iben ħabiba tagħhom. Il-koppja, Keeli Burlingham u Peter Taylor, li t-tnejn għandhom 33 sena, abbużaw sesswalment minn ħamest ibniet u dan bil-għan li jippruvaw jagħmlu l-ħajja sesswali tagħhom aktar eċċitanti.

    F’logħob, kostumi u fantasiji sesswali li l-koppja kienet tipprattika, huwa rrapportat li kollox beda meta r-raġel talab lis-sieħba tiegħu biex tilbes ta’ tifla tal-iskola. Dan l-atteġġjament bejn l-adulti tant rikibhom li wassal biex l-atti sesswali dawruhom realment fuq tfal innoċenti u bdew jibagħtu ritratti u filmati lil xulxin tal-istess abbuż fuq il-WhatsApp.

    Il-koppja minn Dukinfield, Greater Manchester, bdew attività deplorevoli fejn f’każ minnhom Burlingham, li taħdem f’kafeterija, ħadet ritratti waqt li kienet qiegħed tabbuża minn tifla u bagħtithom lis-sieħeb tagħha, mekkanik, waqt li kien f’vaganza biex jiċċelebra għeluq sninu.

    Persuna oħra qalet kif rat lil Taylor jieħu ritratti ta’ tifla ta’ 11-il sena li kienet qiegħda tbiddel f’toilet u beda jmissha b’mod indiċenti u kontra l-volontà tagħha.

    Il-koppja qalet li waslet għal din l-estremità minħabba li ż-żwieġ tagħhom kien qiegħed jisfaxxa u tant kienu ddisprati li kienu qegħdin jippjanaw li jkollhom x’jaqsmu ma’ tifel ta’ ħames snin li sfaċċatament kienu jafuh personalment

    Eluf ta’ ritratti indiċenti ta’ tfal imniżżla minn fuq l-internet

    Il-koppja ġiet arrestata wara li niżlet 5,035 ritratti indiċenti ta’ tfal u adoloxxenti mill-Internet, li jinkludu 1,044 ritratti serji ħafna kklassifikati mill-awtoritajiet ta’ livell ‘A’. Huma nstabu ħatja li għamlu offiżi sesswali fuq minuri, attakkaw sesswalment tifel taħt it-13-il sena, li ħadu ritratti u għamlu ritratti indiċenti ta’ tfal, kif ukoll li kienu involuti f’attivitajiet illeċiti konnessi mal-pedofelija.

    Burlingham kienet ukoll akkużata li attakkat sesswalment adoloxxenti u li qasmet ritratti indiċenti. Ir-raġel weħel 15-il sena ħabs, mentri l-mara għandha 11-il sena x’tiskonta fiċ-ċella. It-tnejn li huma tniżżlu fir-resġistru tal-pedofeli u se jkunu taħt ordni ta’ prevenzjoni milli jagħmlu ħsara sesswali għal għomorhom.

    L-avukati li mexxew il-prosekuzzjoni qalu li Taylor kien il-moħħ wara kollox u li immanipula lil Burlingham biex tikkollabora miegħu u tgħinu fl-atti kriminali fuq tfal innoċenti. 

    Il-weġgħa ta’ omm wara tradiment minn ħabiba

    F’qorti f’Manchester, omm it-tifel ta’ ħames snin li kien se jispiċċa vittma tal-koppja, esprimiet rabja kbira lejn Burlingham hekk kif saret taf li hija u Taylor kienu ħatja ta’ offiżi relatati mal-pedofelija. Fil-qorti hija qalet li ż-żewġ nisa kienu ħbieb kbar u dejjem sabu l-għajnuna ta’ xulxin meta kellhom bżonnha. 

    “Inħoss li kienet ħabibti, iżda traditni bil-kbir u ma nistax nifhem kif waslet biex tagħmel dawn l-affarijiet. Nifhem li kieku riedet tagħmel ħsara lili, iżda minflok użatni biex tattakka lill-aktar persuna għażiża għalija, li huwa ibni,” tennet l-omm ixxokjata. Hija żiedet tgħid li llum il-ġurnata tħoss li Burlingham għandha żewġt uċuħ, wieħed dak ta’ ħabibtha, mentri l-ieħor huwa ta’ mostru. L-omm stqarret li m’għadhiex tista’ tafda nies, b’mod speċjali wara din l-esperjenza qarsa.

    L-omm qalet li l-koppja weġġgħuha ħafna però t-tradiment ta’ Keeli kien l-agħar daqqa. Hija temmet tgħid li, “ma kontx naf x’jiġifieri tobgħod, iżda issa, iva. Qatt ma kont daqshekk irrabjata f’ħajti u nistqarr li ma naħsibx li qatt nista’ ninsa x’għamluli. L-unika ħaġa li tikkonslani hija l-fatt li issa naf li huma maqfula l-ħabs u ibni, kif ukoll tfal, oħra huma siguri”.

    Fil-qorti ngħad li l-koppja kellha problemi fir-relazzjoni u tul dan il-perjodu huma kienu jniżżlu ritratti indiċenti ta’ tfal mill-internet għall-użu gratifikanti sesswali tagħhom. Mill-provi miġjuba ħareġ ċar li Taylor jikseb pjaċir sesswali minn ritratti ta’ dan it-tip u kien huwa li kien jinstiga din l-attività tal-koppja iżda miċ-chats bejniethom, irriżulta li Keeli Bulingham kienet teċita ruħha meta tara dawn it-tip ta’ ritratti.

    L-awtoritajiet qalu li Burlingham u Taylor kienu qegħdin jieħdu ħsieb ta’ tifla ta’ tliet snin meta l-mara bdiet tabbuża minnha sesswalment. Dan kien iseħħ fil-preżenza tar-raġel li kien joqgħod jiġbed filmati tal-abbuż fuq il-mowbajl tiegħu. Tifla oħra ta’ 11-il sena, li kienet taf lill-koppja, saret mira tagħhom wara li r-raġel iffissa fuqha.

    Il-prosekuzzjoni qalet li kien ovvju li Taylor iffissa fuq it-tifla u fil-konversazzjonijiet bejniethom immanipula lil Keeli biex tgħinu jikseb ritratti tagħha mingħajr approvazzjoni bl-użu ta’ kamera jew apparat fotografiku ieħor. 

    Taylor fil-fatt kien avviċina lit-tfajla fi swimming pool u attakkaha sesswalment meta beda jmissha fuq il-bikini. Iċ-chats juru l-ossessjoni u x-xewqa li kellu Taylor li jabbuża sesswalment mit-tifla. Fil-qorti ngħad ukoll li l-akkużati kienu qegħdin jagħmlu pjan biex isir l-istupru tat-tfajla u anke waslu biex għamlu kuntatt ma’ xi ħbieb tagħha.

    Skuża li għandu “problema”

    Taylor kien arrestat f’April li għadda fejn ammetta li niżżel ir-ritratti mill-internet. Huwa saħaq mal-awtoritajiet li jrid għajnuna professjonali għall-problema li kellu. Il-prosekuzzjoni min-naħa tagħha qalet li kliem Taylor ma kienx minnu u li kien qiegħed biss jipprova jeħlisha ħafif mill-akkużi serji miġjuba kontrih.

    Id-difiża qalet li r-raġel jammetti għall-iżbalji li għamel u li kollox beda minħabba nuqqas ta’ intimità bejn il-koppja fejn sfidaw lil xulxin li jiksbu ritratti indiċenti ta’ tfal bil-konsegwenza li s-sitwazzjoni eskalat f’interess mhux f’postu fit-tfal.

    Huwa qal li kemm hu, kif ukoll Keeli Burlingham, kienu mdejqin wara li falliet ir-relazzjoni bejniethom li kienet ilha għaddejja għal tmien snin. Min-naħa l-oħra l-avukata ta’ Burlingham, Nicola Gatto qalet li Keeli kienet tfajla sempliċi li kienet tgħix ħajja sempliċi ħafna u li kieku ma ltaqgħetx ma’ Taylor, hija qatt ma kienet se xxellef dufrejha mal-liġi. 

    Hija qalet li l-mara kienet vulnerabbli u ċediet għall-pressjoni li kien jagħmilha s-sieħeb tagħha. “Il-preferenzi sesswali tagħha kienu normali. Dan sakemm Taylor ġiegħla tilbes u tagħmilha ta’ tifla tal-iskola li wasslu biex illum il-ġurnata hija akkużata bi vjolenza sesswali fuq tfal quddiem il-qorti,” sostniet Gatto. 

    L-avukata tad-difiża qalet li l-mara riedet tagħmel minn kollox biex tikkuntenta lis-sieħeb tagħha u li jiddispjaċiha ħafna għal dak li għamlet.

    Kliem iebes, iżda f’postu

    Fis-sentenza l-imħallef Mark Savill qal lil Burlingham li kellha ħajja partikolari fejn iż-żwieġ tagħha sfaxxa, batiet minn dipressjoni u għandha stima baxxa lejha nnifisha. Mentri lil Taylor qallu li kien jidher li huwa membru rispettat fil-komunità iżda kien qiegħed jaħbi sigriet oskur fil-personalità tiegħu, li hija attrazzjoni sesswali inkontrollabbli lejn tfal taż-żewġ sessi. 

    Huwa qal li kollox mar ħażin wara li dawn esperimentaw bil-fantasiji sesswali tagħhom bil-konsegwenza ta’ mġieba kriminali mit-tnejn li huma. Taylor talab u mmanipula lil Burlingham, mentri Burlingham bil-għan li tiġbed lejha aktar lis-sieħeb tagħha, kompliet miegħu bħala kompliċi mhux biss biex tissodisfa lilu, iżda anke lilha nnifisha.

    L-imħallef sostna li l-imġieba tagħhom ma kinitx aċċettabbli għax kienet tinvolvi lill-aktar membri prezzjużi tas-soċjetà - it-tfal. Hawnhekk huwa żied jgħid li l-passjoni li jridu jgħaddu minnha l-ġenituri ta’ dawn it-tfal għandha titqies ukoll għax dawn se jibqgħu tramatizzati ħajjithom kollha b’dak li ġara lil uliedhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0