Unions jingħaqdu kontra l-Gvern fl-Indoneżja … miżuri li se jfaqqru l-ħaddiema

  • Jan 22, 2020 14:59
  • Miktub minn iNews

    Il-moviment trejdunjonistiku fl-Indoneżja qed jopponi bil-qawwa kollha abbozz ta’ liġi dwar il-ħolqien tax-xogħol. Fi kliem il-moviment trejdunjonistiku, dan l-abbozz ta’ liġi se jkun qed ikisser id-drittijiet tal-ħaddiema. Minħabba dan il-moviment trejdunjonistiku fl-Indoneżja qed jippjanaw protesti kbar waqt li sejħu lill-Gvern biex jarmi dan l-abbozz ta’ liġi.

    Il-gvern minn naħa tiegħu qal li l-għan tal-abbozz hu dak li jattira investiment barrani, jara li jkun hemm tkabbir ekonomiku u joħloq opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. 

    Dan l-abbozz wassal biex ingħaqdu l-Confederation of United Indonesian Workers (KPBI), l-All Indonesian Trade Union Confederation (KSBSI) u l-Indonesian Trade Union Confederation (KSPI).

    Minn naħa tiegħu, Said Iqbal, li hu l-Presiden tal-KPSI, qal li r-reviżjoni tas-sistema tal-ħlas fil-paga minima fejn l-abbozz qed jgħid li l-paga minima tibda titħallas bis-siegħa għal dawk li jaħdmu inqas minn 35 siegħa fil-ġimgħa, hi xi ħaġa rigressiva.  Hu qal li din se tkun qed twassal biex tiżdied l-ekonomija informali u se tagħmel lill-ħaddiema aktar fqar. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook