Leġiżlatur Iranjan joffri premju ta’ $3 miljun lil min joqtol lil Donald Trump

  • Jan 21, 2020 14:26
  • Miktub minn iNews

    Leġiżlatur Iranjan offra premju ta’ $3 miljun lil min joqtol lill-President Amerikan Donald Trump. dan filwaqt li saħaq li l-Iran jista’ jevita kull xorta ta’ theddid jekk jiżviluppa armi nukleari. Dan kien rapportat fuq l-aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana ISNA.

    It-tensjonijiet bejn l-Iran u l-Istati Uniti eskalaw wara liTrump iddeċieda li Washington mhux se jibqa’ jonora l-ftehim nukleari u reġa’ daħħal fis-seħħ sanzjonijiet fil-konfront tal-Iran.

    Intant Ahmad Hamzeh kien kwotat jindirizza lill-Parlament Iranjan li “f’isem in-nies tal-provinċja ta’ Kerman lest li jħallas $3 miljun lil min joqtol lil Trump”.

    Madankollu huwa ma qalx jekk il-premju kellux l-appoġġ uffiċjali tal-mexxejja kleriċi tal-pajjiż.

    Il-belt ta’ Kerman hija l-post fejn twieled Qassem Soleimani, kmandnat prominenti Iranjan li nqatel aktar kmieni dan ix-xahar f’Baghdad f’attakk minn drone Amerikan.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook