“Baqagħli ħafna aktar x’noffri lill-poplu u lill-pajjiż” … Justyne Caruana tisħaq li se terġa' tikkontesta l-elezzjoni li jmiss

  • Jan 21, 2020 14:14
  • Miktub minn iNews

    “Se nkompli bil-ħidma tiegħi fil-Parlament biex fl-elezzjoni li jmiss nerġa’ nikkontesta u nżidu l-maġġoranza f’Għawdex.” Dan qalitu d-Deputata Laburista justyne Caruana wara li lbieraħ ippreżentat ir-riżenja tagħha minn Ministru għal Għawdex lill-Prim Ministru Robert Abela wara li rapporti li dehru fil-midja dwar safra li żewġha – l-eks-Assistent Kummissarju Silvio Valletta – kien għamel man-negozjant Yorgen Fenech. Fenech huwa l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Fil-kumment tagħha fuq il-midja soċjali, Caruana tenniet tirringrazzja lil dawk kollha li wrew solidarjetà magħha “f’dan il-mument diffiċli”.

    Hija qalet li hija kburija bix-xogħol li wettqet “għax kif qal il-Prim Ministru gawdew minnu ħafna nies u ksibt riżultati għal Għawdex li huma bla preċedent u li se jibqgħu jitgawdew għal ħafna snin”.

    Temmet tgħid li “għad għandi 45 sena u baqagħli ħafna aktar x’noffri lill-poplu u lill-pajjiż”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0