Franco Debono jesprimi ruħu kontra l-għażla ta' Kummissarju tal-Pulizija b'żewġ terzi tal-Parlament

  • Jan 21, 2020 10:44
  • Miktub minn iNews

    L-Avukat Franco Debono saħaq li l-għażla għall-ħatra ta’ Kummissarju ġdid tal-Pulizija għandha ssir fid-diskrezzjoni biss tal-Prim Ministru. Dan filwaqt li esprima lilu nnifsu kuntrarju li tali ħatra ssir bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

    Debono tenna li “f’pajjiż fejn biex Prim Ministru jagħmel għażla tajba ta’ Kummissarju hemm bżonn jintrabtulu jdejh bit-‘two thirds’, dak il-pajjiż għandu problemi serjissimi”.

    Huwa żied jistaqsi x’jiġri f’xenarju fejn Kummissarju jinħatar bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Kamra, bl-Oppożizzjoni tibqa ma taqbilx mal-proposta tal-Prim. Debono saħaq li f’tali ċirkostanzi hemm ir-riskju li “l-pajjiż isib ruħu f’limbu fejn jibqa’ mingħajr Kummissarju” għal tul ta’ żmien.

    Tenna li “minkejja li two thirds huwa treshold desiderabbli f’ċerti ċirkostanzi però wieħed irid ikun prattiku u jaħseb għall-eventwalità fejn dan it-treshold ma jintlaħaqx! Pajjiż ma jistax joqgħod minghajr Kummissarju jekk ma jintlaħqux it-two thirds!”

    Fl-istess waqt saħaq li r-rekwiżit taż-żewġ terzi tal-Kamra taf toħloq lok għal abbuż mill-Oppożizzjoni li jkollha opportunità li tipparalizza pajjiż jekk tibqa’ ma taqbilx dwar l-għażla tal-Kummissarju.

    Debono tenna wkoll li fl-eventwalità li l-Kummissarju se jkun qed jintgħażel bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, dan se jwassal biex il-Kummissarju jkun ‘untouchable’, filwaqt li argumenta li “l-oppożizzjoni se tkun ftit jew wisq riluttanti tikkritika l-istess persuni li hi stess tkun appoġġjat f’każ ta’ deċiżjonijiet ħżiena”.

    Fid-dawl ta’ dan Debono emfasizza li għaldaqstant l-għażla għandha tkun eżerċitata mill-Prim Ministru, bl-Oppożizzjoni tiġi kkonsultata b’serjetà biex jintlaħaq kunsens kemm jista’ jkun wiesgħa fuq l-għażla. Dan filwaqt li ppropona li l-persuna magħżula għall-kariga ta’ Kummissarju għandha tgħaddi minn grilling quddiem il-Kumitat tal-Parlament dwar ħatriet publiċi, bil-persuna magħżula jkollha obbligu tagħti tweġibiet u spjegazzjonijiet għall kull mistoqsija li ssirilha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0