Malta Public Transport bl-ewwel karozza tal-linja tal-elettriku bi prova f’Malta

  • Jan 20, 2020 19:20
  • Miktub minn iNews

    Malta Public Transport inawgurat l-ewwel karozza tal-linja f’Malta li taħdem kompletament bl-elettriku, fi proġett bi sħab ma’ Transport Malta u TAM-Europe. Il-mudell Vero 9 se jibda fażi ta’ prova biex tkun tista’ tiġi evalwata il-prestazzjoni tal-magna 100% elettrika fuq it-toroq Maltin.

    Dan il-proġett pilota se jistħarreġ kif taħdem il-karozza fil-kundizzjonijiet reali u lokali, b’attenzjoni speċjali għall-karatteristiċi partikolari ta’ Malta fosthom id-distanza relattivament qasira bejn waqfa tal-linja u oħra, u l-frekwenza ta’ tlajja u nżul. Malta Public Transport se taħdem id f’id mal- manifatturi fuq l-iżvilupp tal-karozza sabiex tiżgura li din tkun tilħaq l-aspettattivi kemm fl-istandards ambjentali kif ukoll fl-esperjenza tal-klijenti.

    Matul il-perjodu ta’ prova, il-karozza elettrika se topera b’mod parallel mas-servizz attwali hekk kif il- kumpanija tkun qed tosserva il-vjaġġi fiċ-ċirkustanzi ta’ kuljum u tieħu ir-reazzjonijiet tal-passiġġiera u x-xufiera.

    “Malta Public Transport hija kburija li tifforma parti minn din l-inizjattiva ta’ trasport pubbliku nadif hekk kif tkompli taħdem biex tnaqqas l-emissjonijiet mill-gżira tagħna,” qal iċ-chairman ta’ MPT Felipe Cosmen. Huwa tenna li l-kumpanija issegwi kontinwament żviluppi ta’ soluzzjonijiet innovattivi li joffru alternattiva konvenjenti għat-trasport privat.

    Sa mill-bidu tal-operat tagħha fl-2015, Malta Public Transport biddlet il-flotta eżistenti b’aktar minn 250 karozza tal-linja ġdida mgħammra b’magni l-aktar avvanzati Euro 6, biex b’hekk illum għandha waħda mill-aktar flotot ġodda u nodfa fl-Ewropa kollha.

    “Is-sostenibbiltà hija prijorità għolja għalina u aħna mpenjati li noperaw b’mod li huwa ambjentalment responsabbli,” spjega s-sur Cosmen.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook