Xjentisti jgħidu li trabi mhux iwielda jistgħu jħossu uġigħ sa mit-13-il ġimgħa tat-tqala

  • Jan 19, 2020 19:38
  • Miktub minn iNews

    Trabi mhux imwielda jistgħu jħossu l-uġigħ qabel ma jilħqu l-24 ġimgħa tat-tqala. Dan sostnewh xjentisti, li jfisser li trabi jafu jkunu qed isofru waqt proċeduri tal-abort.

    S’issa l-kunsens mediku hija li l-feti ma jħossux uġigħ sa qabel l-24 ġimgħa tat-tqala. Proċeduri ta’ abort wara l-24 ġimgħa hija meqjusa bħala illegali f’bosta pajjiiżi, ħlief f’każi speċjali.

    Madankollu żewġ riċerkaturi mediċi qed jisħqu li studji riċenti jindikaw li dawn l-assunzjonijiet huma inkorretti.

    L-istudji jindikaw li trabi mhux imwielda jistgħu jibdew iħossu uġigħ anke mit-13-il ġimgħa tat-tqala.

    F’artiklu ppubblikat fuq il-Ġurnal tal-Etika Medika, il-Professur Brittaniku Stuart Derbyshire jisħaq li nista tqal li jkunu se jagħmlu abort wara t-13-il ġimgħa għandhom jibdew jiġu informati li l-fetu jistgħu jesperjenza uħigħ waqt il-proċedura.

    Fl-artiklu, li kiteb flimkien mat-tabib Amerikan John Brockmann, huwa qal ukoll li hemm indikazzjonijiet b’saħħithom li juru li l-moħħ u s-sistema tan-nervaturi tal-ġisem jafu jkunu ffurmaw biżżejjed biex trabi jibdew iħossu uġigħ sa 18-il ġimgħa tat-tqala.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0