Ir-riskju għall-poplu Malti mill-marda "Wuhan" huwa baxx … Is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika b'linji gwida għal vjaġġaturi

  • Jan 19, 2020 17:05
  • Miktub minn iNews

     

    Ir-riskju għall-poplu Malti mill-marda Wuhan, l-istess bħalma hi f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea, hija waħda baxxa. Dan qalitu s-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, li tenniet li minkejja r-riskju relattivament baxx l-awtoritajiet Maltin għandhom l-arranġamenti kollha biex jimmaniġġjaw mard emerġenti li jista’ jittieħed.

    Is-Sovrintendenza żiedet tgħid li qed tagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni li tikkonċerna l-każi ta’ pneumonia fil-belt ta’ Wuhan, fiċ-Ċina, u qed timxi mal-parir tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).

    Is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika tenniet li l-assessjar li sar mill-ECDC jindika r-riskju baxx tal-importazzjoni tal-marda f’pajjiżi membri tal-UE/EEA, anke minħabba l-kwantità relattivament baxxa ta’ nies li jivvjaġġaw lejn Wuhan. Fl-istess waqt saħqet li r-riskju huwa moderat f’każ ta’ persuni mill-UE/EEA li jivvjaġġaw lejn Wuhan, filwaqt li r-riskju huwa għoli f’pajjiżi b’volum kbir ta’ nies li jivvjaġaw lejn u minn Wuhan.

    Madankollu s-Sovrintendenza żiedet tgħd li l-ħarsien tal-prattiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard f’pajjiżi membri tal-UE-EEA, jagħmlu l-imxija tal-marda fiż-żona tal-UE/EEA baxxa ħafna.

    Is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika intant qed tavża lil persuni li se jivvjaġġaw lejn Wuhan biex jevitaw swieq jew postijiet fejn jinbiegħu annimali ħajjin jew mejtin, u biex jevitaw kuntatt ma’ nies morda u li b’mod partikolari jkunu qed juru sintomi ta’ mard respiratorju. Dan filwaqt li qed tavża biex in-nies jżommu iġjene tajba, u biex jevitaw kuntatt ma’ annimali, jew eskrementi tagħhom.

    Intant żiedet tisħaq li vjaġġaturi b’sintomi akuti respiratorji fi żmien 14-il ġurnata miż-żjara tagħhom f’Wuhan, għandhom jagħmlu kuntatt mat-tabib tagħhom u jindikaw id-dettalji tal-vjaġġ tagħhom f’Wuhan, filwaqt li jagħmlu kuntatt mal-Unità għall-Prevenzjoni u l-Kontroll ta’ Mard Infettiv billi jċemplu fuq 21324086.

    Apparti dan qed tħeġġeġ lil persuni li se jkunu qed jivvjaġġaw lejn iċ-Ċina biex jitlaqqmu kontra l-influwenza mill-inqas ġimagħtejn qabel jibdew jivvjaġġaw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0