Mill-inqas tmien persuni jmutu f'nirien qawwijin li ħakmu lil dar tal-anzjani fir-Repubblika Ċeka

  • Jan 19, 2020 14:47
  • Miktub minn iNews

    Mill-inqas tmien persuni mietu kaġun ta’ nirien qawwijin li ħakmu lil dar tal-anzjani fir-Repubblika Ċeka. Dan kien ikkonfermat mis-servizzi tal-emerġenza.

    Il-midja lokali qed tirrapporta li d-dar tal-anzjani, li tinsab fil-belt ta’ Vejprty, mal-fruntiera Ġermaniża, inħakmet min-nirien qawwijin fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

    In-nirien kienu rapportati li bdew f’waħda mill-kmamar qabel ma nfirxu għal tlieta oħra.

    Mas-36 persuna oħrajn sfaw midrubin kaġun tan-nirien, b’uħud minnhom mod serju. Apparti hekk ħafna mir-residenti kellhom jirċievu kura kaġun tad-dħaħen li belgħu

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook