Impjegat f'garaxx tal-VRT ħati li ħareġ ċertifikat falz

  • Jan 18, 2020 20:05
  • Miktub minn iNews

    Ingliż li jaħdem f'garaxx tal-VRT kien immultat €500 u kien sospiż mir-reġistru ta' dawk li jittestjaw il-karozzi għal 10 snin wara li nstab ħati li għadda vettura meta ma kellhix tgħaddi mit-test.

    Michael Anthony Cahill, li għandu 56 sena u jgħix iż-Żurrieq, kien mixli mill-Ispettur Sergio Pisani li fit-23 ta' Jannar 2017, fil-Motor Test Services ta' Ħal Luqa, talab jew irċieva flus biex joħroġ ċertifikat u għamel dikjarazzjoni falza.

    Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello rriżulta li fl-imsemmija ġurnata Cahill ħareġ ċertifikat li juri kif vettura partikolari għaddiet mit-test tal-VRT meta l-istess vettura ma kinietx ittestjata minnu fl-imsemmija ġurnata.

    L-imsemmija maġistrat irrimarkat li anke kieku kienet ittestjata l-vettura kienet f'kundizzjoni ħażina u għalhekk ma setgħetx tgħaddi mit-test tant li f'dak li sarilha fit-30 ta' Jannar 2017 m'għadditx mit-test.

    Kien għalhekk li hija sabitu ħati li ħareġ iċ-ċertifikat tal-VRT fejn il-vettura tidher li għaddiet meta ma kienx il-każ u minbarra li immultatu skwalifikatu għall-imsemmi perjodu.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0