Estradit minn Malta n-negozjant Antonio Ricci... kien ġie arrestat f’Diċembru

  • Jan 18, 2020 12:15
  • Miktub minn iNews

    Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li nhar il-Ġimgħa filgħaxija fit-tard ġie estradit u wasal l-Italja n-negozjant Antonio Ricci.

    Dan in-negozjant ta’ 44 sena jingħad li hu attiv ħafna fis-settur kriminali tal-logħob tal-azzard u kien ġie arrestat f’Malta f’Diċembru li għadda. Dan sar peress li kien hemm mandat ta’ arrest Ewropew wara li kien irnexxielu jaħrab fl-operazzjoni msejħa “Galassia”. Din l-operazzjoni kienet saret fl-2018 wara li ġiet konkluża inkjesta u ġew arrestati 18-il persuna. Imbagħad f’Diċembru li għadda kien ħareġ mandat ta’ sekwestru tal-patrimonju kollu ta’ Antonio Ricci u l-familja tiegħu, fejn fost l-oħrajn kien hemm ukoll kumpaniji f’Malta bħal Oia Services Limited, Harvey Gaming Limited u WLS Limited li kollha jaħdmu fis-settur tal-logħob tal-azzard.

    B’kollox, ġew issekwestrati aktar minn €400 miljun.

    Ritratt - Times of Malta

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook