Ivan Perisic mhux jikkonvinċi lil Bayern Munich u se jintbagħat lura

  • Jan 18, 2020 00:57
  • Miktub minn iNews

    L-attakkant Kroat Ivan Perisic mhux se jiġi akkwistat għalkollox minn Bayern Munich ... anzi se jintbagħat. Bħalissa dan il-player jinsab b’self mingħand Inter u ftit impressjona fid-19-il logħba li lagħab mat-team mill-belt ta’ Munich. Fil-fatt il-manager ta’ Bayern Munich Hans Dieter Flick stenna xi ħaġa aħjar minn dan il-player ta’ 30 sena li skorja biss erba’ goals u wettaq sitt assists.

    Min-naħa tagħhom, Inter mhux lesti li jżommuh u għalhekk kif jintemmlu l-perjodu ta’ self ma’ Bayern Munich f’Ġunju li ġej se jpoġġuh mal-lista ta’ players li jitilqu.

    Perisic lagħab ukoll ma’ Sochaux, Club Brugge, Borussia Dortmund u VFL Wolfsburg filwaqt li rrappreżenta lil pajjiżu 88 darba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0