Celia Falzon tinħatar CEO tal-Isptar Mater Dei

  • Jan 17, 2020 20:17
  • Miktub minn iNews

    Celia Falzon ġiet appuntata bħala designate Chief Executive Officer tal-Isptar Mater Dei. 

    Celia Falzon fil-preżent hi CEO tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek. Hi għandha Master’s fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Business Administration) li jispeċjalizza fi pjanar strateġiku.

    Is-Sinjura Falzon ilha involuta fi proġetti kbar fil-qasam tas-saħħa pubblika sa mill-2014. Fosthom it-tkabbir tal-emerġenza u inizjattivi dwar listi ta’ stennija, kif ukoll kienet strumentali għall-aħħar teknoloġiji fl-isptar Mater Dei bħall-proġett tar-robotika għat-tqassim tal-mediċini.

    Is-Sur Ivan Falzon, is-CEO attwali tal-isptar Mater Dei se jkun qed iħalli l-kariga fi Frar. Huwa kien ilu jokkupa l-kariga ta’ CEO ta’ Mater Dei sa mill-2014. Huwa kien strumentali għal diversi proġetti li saru f’Mater Dei matul l-aħħar snin fosthom il-ftuħ ta’ swali ġodda, investimenti ta’ miljuni ta’ ewro f’apparat ġdid bħalma huma l-MRI, CT Scans u Angiosuite, u l-ftuħ taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lis-Sur Falzon għat-tmexxija tiegħu tal-Isptar Mater Dei, filwaqt li awgura lis-Sinjura Celia Falzon għall-kariga ġdida tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook