Fuq proposta tal-Prim Ministru nnifsu jinħatar Kumitat tal-Kabinett dwar il-Governanza

  • Jan 16, 2020 20:05
  • Miktub minn iNews

    Fl-ewwel laqgħa tiegħu dalgħodu, il-Kabinett il-ġdid iddiskuta u esprima qbil mal-proposta tal-Prim Ministru Robert Abela li jitwaqqaf Kumitat dwar il-Governanza.

    Dan il-Kumitat tal-Kabinett għandu jieħu rendikont tal-miżuri li diġà twettqu u dawk li għad iridu jitwettqu, ibbażat fuq ir-rapporti li saru mill-Kummissjoni Venezja u mill-GRECO, u fil-kuntest ta’ taħditiet li diġà kien hemm fil-kumitat immexxi mill-President tar-Repubblika dwar tibdil Kostituzzjonali. Abbażi ta’ dan ix-xogħol, għandhom imbagħad jiġu abbozati l-emendi u l-liġijiet meħtieġa biex il-pajjiż jassigura iktar governanza bħala waħda mill-prioritajiet tal-Gvern.

    Il-Kabinett iddeċieda li l-kumitat jitmexxa mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, u jkun kompost mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mas-Segretarju tal-Kabinett Mario Cutajar.

    Il-Kumitat għandu jirraporta lura lill-Kabinett mill-iktar fis possibbli biex jibda jitwettaq il-programm meħtieġ. Waħda mill-prijoritajiet ewlenin għandha tkun l-emendi għall-ħatriet fil-ġudikatura. Waqt din l-ewwel laqgħa tal-Kabinett il-ġdid, il-Prim Ministru saħaq fuq il-governanza b’saħħitha fl-oqsma kollha tat-tmexxija tal-Gvern u tal-amministrazzjoni pubblika.

    Qal li huwa d-dmir ta’ kull Ministru u Segretarju Parlamentari li jara li l-ħidma fl-oqsma tagħhom issir b’reqqa u b’kontabbilità, u skont kif titlob il-liġi. Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar ix-xogħol ta’ kontinwità fuq il-programm tal-Gvern, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni tat-tibdiliet meħtieġa, bl-għan li pajjiżna jkompli miexi ’l quddiem bis-suċċess ekonomiku u soċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0