''Noah jgħallimna ħafna''... Funeral mill-isbaħ għaċ-ċkejken li tilef il-battalja mal-kanċer fl-età ta' sitt snin biss

  • Jan 16, 2020 19:30
  • Miktub minn Carmen Cachia

    “It-tfal jgħallmuna ħafna affarijiet fosthom is-sempliċità, kif taqsam ma’ ħaddieħor u kif b’innoċenza tafda lil kulħadd. Noah għallimna li għandna bżonn inżommu l-fidi f’ħajjitna u li għandna nintelqu f’idejn Alla. Huwa l-għalliem tagħna fejn urina kif minkejja t-tbatija kbira li kellu, baqa’ jemmen u jfaħħar lil Alla. Huwa għalhekk li aħna ċerti, li Noah diġà jinsab fis-saltna t’Alla.” Dan kien il-qofol tal-omelija waqt il-funeral taċ-ċkejken Noah Scionti, li sar il-bieraħ fil-Knisja tal-Qawra wara li tilef il-battalja tiegħu kontra l-kanċer.

    Bi knisja mimlija nies, mużika mill-isbaħ tal-arpa, ngħata bidu għall-quddies li saret bħala l-aħħar tislima lil Noah, it-tifel ta’ sitt snin, bi tbissima liema bħalha. Fl-omelija ngħad kif Noah kien irċieva s-Sagrament tal-Magħmudija proprju f’din il-paroċċa u kif jumejn biss qabel ma ħalla din id-dinja, esprima x-xewqa tiegħu li jmur il-quddies biex ifaħħar ‘l Alla. “Nemmnu li Noah diġà daħal fis-saltna t’Alla għax Alla qalilna ċar u tond, jekk ma terġgħux issiru bħat-tfal żgħar, żgur li ma tidħlux fis-saltna tas-smewwiet,” kompla s-saċerdot.

    Fost kliem ieħor ta’ kuraġġ issemmew il-ġenituri ta’ Noah - Sarah u Nino, li ħabbew lil binhom b’imħabba bla limitu tant li huma wkoll jgħallmuna x’inhija l-vera mħabba. Huma taw imħabba bla tarf u bla nifs dak li Alla afda f’idejhom li jrabbu fejn urew ħafna determinazzjoni u dedikazzjoni waqt it-terapija li tulha kellhom imorru ħafna drabi barra minn Malta. Fi tmiem l-omelija dawk preżenti ġew imfakkra kemm huwa kbir id-don tal-ħajja u kemm kulħadd għandu japprezza dan id-don t’Alla. Noah kien ilu erba’ snin jiġġieled il-marda tal-kanċer f’rasu u mar diversi drabi barra minn Malta biex jingħata l-kura.

    Il-Malta Community Chest Fund Foundation qalet li dan iċ-ċkejken kien wieħed mill-pazjenti li għal erba’ snin ingħata għajnuna mill-istess Fondazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0