''Il-bouncer ħares lejn l-ID card... x’ħin għidtlu li trans imbuttani t-tliet tarġiet'' - Jitkellmu nies LGBTIQ f’rapport li sar mill-MGRM

  • Jan 16, 2020 18:20
  • Miktub minn iNews

    Lejn l-aħħar ta’ Ottubru tal-2019, il-Moviment Malti għad-Drittijiet tal-Komunità LGTIQ (MGRM), ikkummissjona kwestjonarji onlajn biex jikseb aktar għarfien dwar l-esperjenzi li jgħaddu minnhom persuni LQBTIQ fil-Mekka tad-divertiment, Paceville.

    L-idea ta’ dan ir-rapport nibtet wara li numru ta’ rapporti fil-midja kienu qed jgħidu li din il-komunità kienet qed tkun trattata b’mod inġust u ffastidjata purament għax il-persuni li jiffurmaw parti minn din il-komunità għandhom orjentazzjoni sesswali differenti.

    Kumment partikolari f’dan il-kwestjonarju kien jittratta storja ta' persuna li telgħet Paceville biex jiċċelebraw għeluq snin il-ħabib tagħha. “Il-bouncer ħares lejn l-ID card u qalli li din hija falza għax fuqha kien hemm ritratt ta’ mara, meta skontu jien nidher li qisni raġel. Għidtlu li jien trans u appena sema’ hekk imbuttani t-tliet tarġiet tal-istabbiliment. Il-bouncers l-oħra baqgħu hemm iħarsu mingħajr ma waqfuh.”

    Koppja lesbjana rrakontat kif isibu rġiel li għax jarawhom jiżfnu ma’ xulxin ikunu jridu jiddefsu huma wkoll, biex jipprova jiżfnu b’mod erotiku. “Meta ma ntuwhomx wiċċ isiru aktar tedjanti... jaħsbu li għax koppja lesbjana qed tiżfen flimkien se jaraw xi xena pornografika.”

    Persuna gay spjega kif hu kien “magħqluh” minn ma’ sieħbu “li hu eterosesswali” għax “il-bouncers ħasbu li qed niżfen wisq viċin tiegħu.” Kompla jispjega kif darb’oħra bies persuna oħra li wkoll kien gay u l-bouncers reġgħu sseparawh minn ma’ dan il-persuna.

    Ir-rapport, li nkiteb minn Dr. Angele Deguara, jgħid ċar u tond li persuni LGBTIQ jesperjenzaw “diskriminazzjoni” minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Dan minkejja li pajjiżna għamel qabziet liberali ‘l quddiem fis-setturi tad-drittijiet ċivili għal din il-komunità.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook