Putin iwissi dwar il-possibbiltà ta' gwerra dinjija

  • Jan 15, 2020 12:21
  • Miktub minn iNews

    Il-kunflitti reġjonali fil-Lvant Nofsani jistgħu jittrasformaw fi gwerra dinjija. Qal dan il-President Russu Vladimir Putin illum.

    Waqt li kien qed jindirizza l-Assemblea Federali russa f’Moska, Putin qal li hemm ħtieġa ta’ “taħditiet serji” dwar is-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali. Saħaq li fir-rigward ta’ dan il-ħames pajjiżi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom in-nuklear “għandhom responsabbiltà li jridu jerfgħu”.

    Putin żied jgħid li “l-kunflitti reġjonali jistgħu rapidament jittrasformaw f’theddid għas-sigurtà internazzjonali. Hemm ħtieġa urġenti għal konverżazzjoni dwar l-istabbiltà u s-sigurtà fid-dinja. Il-ħames pajjiżi nukleari jeħtieġ li jeliminaw ir-raġunijiet li jafu jikkawżaw gwerra.”

    Huwa emfasizza li r-Russja tħossha sigura fil-preżent. Tenna li fil-pussess tagħha għandha armi li l-ebda pajjiż ieħor m’għandu. Madankollu huwa qal li l-pajjiż jeħtieġ li jiżviluppa aktar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0