Fir-Russja: Tarbija ta' 7 xhur tiffriża għall-mewt wara li l-ġenituri jħalluha f'gallarija f'temperatura ta' -20C!

  • Jan 07, 2020 20:18
  • Miktub minn iNews

    Investigazzjoni kriminali nfetħet wara li tarbija ta’ seba’ xhur iffriżat għall-mewt wara li tħalliet torqod fil-‘push chair’ f’gallarija nhar il-Ħadd li għadda f’belt fil-Lvant tar-Russja.

    Uffiċjali qalu li t-tarbija kienet esposta għal ħames sigħat f’temperaturi li kienu jlaħħqu l-20 Grad Celsius taħt iz-zero!

    Il-midja lokali qed tirrapporta li l-omm ta’ 40 sena poġġiet lil binha fil-gallarija, u riedet tħallih hemm għal biss ftit minuti. Madankollu meta eventwalment daħħlitu ġewwa mill-ġdid t-tarbija ma kinitx qed turi sinjali ta’ ħajja. Il-midja Russa qed tgħid li t-tarbija mietet kaġun ta’ ipotermija.

    Intant il-Ministeru reġjonali għas-saħħa qal li tfal kienet reġistrata żieda sinjifikanti matul il-btajjel tal-Aħħar tas-Sena ta’ tfal li sofrew ġrieħi kaġun ta’ waqgħat, u ħruq fost inċidenti oħrajn.

    It-tobba saħansitra avżaw lill-ġenituri biex jixoru inqas alkoħol u joqogħdu aktar attenti għal dak li jkunu qed jagħmlu wliedhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook