Kunċert f’Ta’ Ġieżu f’Għajnsielem

  • Jan 06, 2020 18:31
  • Miktub minn iNews

    Nhar is-Sibt li għadda 4 ta’ Jannar, il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, bħala parti mit-thejjija li qed tagħmel biex iktar tard din is-sena tfakkar il-Mitt Sena mit-Twelid tal-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni u t-Tletin sena minn mindu kien żar il-Gżejjer Maltin, organizzat Kunċert Mużikali fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Sant’Antnin f’Għajnsielem li fih ħadu sehem erba’ korijiet Għawdxin. Dawn kienu l-Kor Ulied il-Battista mill-Parroċċa tax-Xewkija, il-Kor Magnificat mill-Parroċċa ta’ San Gużepp fil-Qala, il-kor Virgo mill-Parroċċa t’Għajnsielem u l-Kor Sant’Antnin mill-Komunita’ tal-Patrijiet Għajnsielem. 

    Dawn kantaw għadd sabiħ ta’ Għanjiet tal-Milied li tant intlaqgħu tajjeb mill-għadd kbir ta’ ġenituri tat-tfal u membri tal-pubbliku. Fil-kunċert ħadu sehem ukoll it-tenur minn Għajnsielem iż-żagħżugħ promettenti t-tenur Angelo Muscat, kif ukoll iż-żewġ kantanti maltin Chiara u Brad Cardona li komplew taw kulur u ħajja lil dan il-Kunċert. 

    Kien grazzi għall-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem kif ukoll il-Komunità tal-Patrijiet li taw l-għajnuna kollha tagħhom biex seta’ jittella’ dan il-kunċert li kien ippreżentat mill-Kav. Joe M Attard li qara wkoll il-poeżija tiegħu ‘Is-Seħer tal-Milied’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook