”Rajt li binti u ħutha kienu f’periklu … il-Knisja ħbiet dawn l-abbużi dan issa jrid jieqaf”

  • Jan 04, 2020 16:28
  • Miktub minn iNews

    Is-saga marbuta ma’ allegati abbużi sesswali minn qassisin kompliet għaddejja u dan hekk kif issa sar magħruf li infetħu kawżi ġodda għal kumpens kontra id-Djoċesi ta’ Oakland.  Wieħed mill-qassisin li qed jissemma’ f’dawn il-kawżi hu Fr George Crespin. Dan il-qassis, ismu ma kienx imniżżel fil-lista tad-djoċesi ta’ dawk il-qassisin li kienu xi darba jew oħra ħatja ta’ abbużi sesswali fuq tfal.

    Fl-aħħar kienu żewġ vittmi li resqu ‘l quddiem.  Huma qed jallegaw li l-abbużi fuqhom seħħew fis-snin sebgħin.  Il-kawżi għad-danni, allegatament isemmu lil Fr Stephen Kiesle, li diġa instab ħati ta’ abbużi sesswali fuq tfal u lil Fr George  Crespin.

    James Brogan, allega li hu sofra abbuż sesswali meta kien żgħir. Hu allegatament seemma lil Fr Crespin bħal dak li assaltah tlett darbiet. Hu allega ukoll li Fr Crespin, kien ħeba abbużi sesswali ta’ qassisin oħra. 

    Il-vittma l-ieħor hu Brian Barnes. Hu qal li “jien mort għand il-ġenituri tiegħi u għedtilhom x’kien ġara. Kienet xi ħaġa li ħadd ma jitkellem fuqha.  Jien żammejtha għaliha għal ħafna u ħafna snin. Fis-sena 2004 kelli l-ewwel tifla. Irrealizzajt li hi tista’ tkun vittma. Wara kelli żewġt ibniet oħra u rrealizzajt li anke huma jistgħu jkunu vittmi. Bħala tifel jien kont tlift il-fiduċja. Ma ridtx irġiel madwari. It-tfulija kont tliftha. Ma ridtx lil uliedi jiġrilhom l-istess. Iddeċidejt li nitkellem, biex inwassal messaġġ lill-ġenituri. Għandna knisja li b’mod sistematiku dejjem ħbiet dawn l-abbużi taħt it-tapit. Dan issa jrid jieqaf.”

    Ta’ min jgħid li l-lista tad-djoċesi t’Oakland  kienet ġiet meqjusa bħala li hi inadekwata, xi ħaġa li issa ġiet konfermata b’dawn il-każi ġodda.  Sas-sena 2004, id-Djoċesi ta’ Oakland kellha biss 12-il qassis li kellhom allegazzjonijiet ta’ abbużi seswali fuq tfal.  Illum dik il-lista, telgħet għal 65.

    Fr. Crespin  kien il-kanċillier ta’ Oakland bejn is-sena 1979 u s-sena 1994.  F’dan iż-żmien hu kien imexxi ir-Response Team dwar abbużi sesswali fl-istess djoċesi. 

    Rapporti li qed jinħarġu dwar dak li għaddiet minnu din id-djoċesi intqal li meta Monsinjur Vincent Breen, li kellu bejn 50 u 100 vittma, kien ġiet arrestat fil-Knisja tal-Ispirtu s-Santu f’Fermont  fis-sena 1982, minfloku kien intbagat Fr Crespin.  Fr. Breen kien ġie arrestat b’rabta ma’ abbużi sesswali fuq tfal.

    Qed ikun allegat li taħt għajnejn  Fr Crespin, ġew abbużati mijiet ta’ tfal minn diversi qassisin. Qed ikun allegat li Fr Crespin ma għamilx kuntatt wieħed mal-Pulizija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook